Left arrow Mur Lura

TIGDID TAL-KARTA TA' L-IDENTITÀ - QORMI

PR1170
Date Icon 02/09/2002

Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Principali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tigdid tal-Karti ta' l-Identita' f'Qormi:

bejn l-Gimgha 6 u t-Tlieta 24 - Skola Primarja tal-Gvern 'B' ta' Settembru 'Guze' Muscat Azzopardi' Triq Manwel Dimech (minbarra s-Sibt 21 u l-Hdud 8, 15 u 22 ta' Settembru) u;

bejn l -Erbgha 25 ta' Settembru u - Skola Sekondarja l-Hamis 10 ta' Ottubru 'Guze Galea' Triq l-Iskola (minbarra l-Hdud 29 ta' Settembru u s-6 ta' Ottubru).

Il-hinijiet li fihom isir it-tigdid ser ikunu: fost il-gimgha bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibtijiet mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.

Fic-Centri msemmija jistghu jattendu biss ir-residenti ta' Qormi. It-tigdid qed isir ghal dawk kollha li diga' ghandhom Karta ta' l-Identita'. Dawk li ser japplikaw ghall-ewwel darba ma jkunux jistghu jaghmlu dan fic-Centru tal-lokalita' taghhom izda jkunu jridu japplikaw fl-Ufficcju tal-Karta ta' l-Identita' l-Belt, Valletta, bejn it-8.00 a.m. u nofsinhar. Min-naha l-ohra, ma jkunx jista' jsir tigdid fil-Belt matul dan il-perjodu ghar-residenti ta' Qormi.

Ghandha tigi pprezentata l-Karta ta' l-Identita' prezenti kif ukoll il-formola tat-tigdid bl-informazzjoni mitluba, li qeghda tigi mibghuta lil kull min ghandu jgedded l-Karta ta' l-Identita'.

Aktar dettalji dwar it-tigdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li qeghdin jintbaghtu bil-posta mal-formola tat-tigdid.

Il-Karta ta' l-Identita' l-gdida tkun tista' tigi rtirata aktar 'l quddiem mill-Ghassa tal-Pulizija ta' Qormi u ser jinhareg avviz ghall-istampa u jidher avviz dwar dan fil-gazzetti lokali kollha tal-Hadd.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow