Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU LAWRENCE GONZI JINGHAQAD MAD-DELEGAZZJONI MALTIJA F'JOHANNESBURG

PR1169
Date Icon 02/09/2002

Il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali Dr Lawrence Gonzi llum inghaqad mad-delegazzjoni Maltija li qed tattendi ghas-Summit Dinji dwar l-Izvilupp Sostenibbli f'Johannesburg. L-Onor Gonzi qieghed jirraprezenta lill-Prim Ministru Malti u ser jindirizza dan is-summit flimkien ma' kapijiet ta' Stati u Gvernijiet ohra. Il-President Yasser Arafat, il-Prim Ministri Tony Blair u Silvio Berlusconi u l-Kancillier Gerhard Schroeder huma fost il-mexxejja li llum ser jindirizzaw is-summit.

Dawn il-mexxejja huwa mistennija jaghmlu Dikjarazzjoni Politika u anki jiffirmaw Pjan ta' Implimentazzjoni. In-negozjati li saru waqt dan is-summit iffukaw l-aktar fuq il-Pjan ta' Implimentazzjoni. Wiehed mill-miri li dwaru intlahaq ftehim dalghodu kien li sa l-2015 jitnaqqas bin-nofs in-numru ta' nies li ma ghandhomx access ghall-ilma.

'In-negozjati ma kienux hfief,'' qal l-Onor George Pullicino li mexxa d-delegazzjoni Maltija waqt dan is-summit. ''Imma l-lejl li ghadda t-timijiet ta' negozjaturi wrew rieda tajba u ntlaqaq ftehim dwar il-kwistjonijiet pendenti'.

In-negozjati dwar il-Pjan ta' Implimentati baqghu ghaddejjin sas-sieghat bikrin ta' dalghodu. Ghal dawn in-negozjati setghu jattendu 24 ministru, fosthom l-Onor George Pullicino li kien qed jirrapprezenta l-pajjizi kandidati ghall-shubija fl-Unjoni Ewropea. Dawn il-pajjizi huma maghrufa bhala s-''Central Group''.

Il-President tas-South Africa u President tas-Summit, l-E.T. Thoabo Mbeki fetah is-sezzjoni ta' dalghodu ghall-kapijiet ta' l-istati u gvernijiet. Huwa qal: ''Il-progress li sar ghandu jwassal biex ahna l-kapijiet ta' l-istati, ta' gvernijiet u delegazzjonijiet, rapprezentati ta' socjeta' civili u mexxejja fil-qasam tan-negozju, biex ilkoll niehdu d-decizjonijiet necessarji li jaghmilha possibbli li nohorgu minn dan is-Summit bi Pjan ta' Azzjoni konkret u li jaghti sens lit-tema ta' dan is-summit - Popli, Pjaneta u Prosperita'.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow