JITHABBAR IR-REBBIEH TAL-BEST BUSINESS PLAN COMPETITION
Conrad Spiteri huwa r-rebbieh ta’ l-ewwel edizzjoni tal-Best Business Plan Competition. Din kienet organizzata mill-Junior Chamber (Malta) u sposorjata minn HSBC Bank Malta p.l.c. u l-KPMG.
Ir-rebbieh thabbar matul cerimonja ta’ prezentazzjoni li saret fil-Westin Dragonara Resort fil-prezenza tal-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici, il-Professur Josef Bonnici. Spiteri irceva l-premju ta’ Lm1,000 mill-HSBC u l-KPMG li kienu rraprezentati minn Timothy Fitzpatrick, Direttur ta’ l-HSBC u Joseph Schembri, Managing Partner tal-KPMG.
Il-pjanta’ Spiteri, li huwa bbazat fuq teknologija tat-telefonija cellulari flimkien ma’ verzjoni iktar avvanzata ta’ PDA (Palm Device Application) issa se jkun il-pjan ufficjali tal-JCM li bih Malta se tiehu sehem fil-Best Business Plan Competition li qed tkun organizzata mill-Junior Chamber International (JCI).
Ir-rebbieh tal-JCI Best Business Plan Competition jircievi biljett ta’ l-ajru ghal Las Vegas, Nevada, biex jattendi ghall-JCI World Congress 2002. Din se tinkludi akkomodazzjoni fil-lukanda lussuza MGM Grand Hotel kif ukoll rigal ta’ US$5,000 sabiex ir-rebbieh jew rebbieha jkun jista’ jwettaq il-Business Plan li biha jkun rebah.
"Il-JCM huma sodisfatti bir-rispons li kellna ghall-ewwel Best Business Plan Competition, kemm ghan-numru kbir ta’ partecipanti kif ukoll ghat-tip ta’ pjani li kellna. Din hija indikazzjoni cara li z-zghazagh Maltin ghandhom talent ghal intrapriza. JCM tirringrazzja lill-HSBC u lill-KPMG mhux biss ta’ l-appogg finanzjarju li taw izda wkoll ghall-ghajnuna logistika sabiex din il-kompetizzjoni tkun success. Nixtiequ nirringrazzjaw ukoll lil dawk li ggudikaw din il-kompetizzjoni li kienu Anthony Zarb, Partner KPMG, James Bonello, Head of Corporate Banking HSBC, Joe Grioli, id-Direttur Manigerjali tal-Vodafone Malta Ltd u Chris Grech, Business Development Director tad-Dhalia Group of Companies ghal kontribuzzjoni taghhom sabiex l-ewwel edizzjoni ta’ din il-kompetizzjoni tkun succcess," qalet Maria Vella Galea, il-President tal-JCM.
It-tieni post ta’ din l-Best Business Plan Competition hadu Brian Azzopardi li nghata premju ta’ konsolazzjoni ta’ Lm250.
Junior Chamber International (JCI), Inc. hija federazzjoni ta’ madwar id-dinja ta’ imprendituri li l-eta’ taghhom tvarja bejn it-18 u l-40 sena. Il-programmi tal-Junior Chamber jinkludu erba tipi ta’opportunita’ li huma – Individwali, Kummercjali, Kommunitarja u Internazzjonali bejn network ta’ iktar minn 400,000 membru madwar id-dinja. Il-Junior Chamber ilha mwaqqfa f’Malta sa mill-1995 u kull sena torganizza varjeta’ ta’attivitajiet. Ghal aktar taghrif dwar Junior Chamber wiehed jista’ jzur il-websitewww.jcmalta.org jew inkella jibghat email lil Jonathan Bonnici, Direttur tal-Marketing tal-JCM fuq marketing@jcmalta.org
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN