Left arrow Mur Lura

TIĠDID TAL-KARTA TA’ L-IDENTITÀ - GĦAXAQ

PR1166
Date Icon 30/08/2002

Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tiġdid tal-Karti ta’ l-Identita’ fil-lokalita’ ta’ Għaxaq minn nhar il-Erbgħa 4 sa nhar il-Erbgħa 11 ta’ Settembru, 2002. Ma jsirx tiġdid nhar il-Ħadd 8 ta’ Settembru. F’dan il-perjodu ma jkunx jista’ jsir tiġdid għar-residenti ta’ Għaxaq fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt Valletta.

It-tiġdid tal-Karta ta’ l-Identita’ ser isir fl-Iskola Primarja tal-Gvern ‘Filippo Castagna, Sqaq San Filippu Numru 1. Fic-Ċentru msemmi jistgħu jattendu biss ir-residenti ta’ Għaxaq. It-tiġdid qed isir għal dawk kollha li diġa’ għandhom Karta ta’ l-Identita’. Dawk li ser japplikaw għall-ewwel darba ma jkunux jistgħu jagħmlu dan fiċ-Ċentru tal-lokalita’ tagħhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt, Valletta.

Għandha tiġi ppreżentata l-Karta ta’ l-Identita’ preżenti kif ukoll il-formola tat-tiġdid bl-informazzjoni mitluba, li qegħda tiġi mibgħuta lil kull min għandu jġedded l-Karta ta’ l-Identita’. Il-ħinijiet li fihom isir it-tiġdid ser ikunu: fost il-ġimgħa bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibt mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.

Aktar dettalji dwar it-tiġdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li qegħdin jintbagħtu bil-posta mal-formola tat-tiġdid.

Il-Karta ta’ l-Identita’ l-ġdida tkun tista’ tiġi rtirata aktar ‘l quddiem mill-Għassa tal-Pulizija ta’ Għaxaq u ser jinħareġ avviż għall-istampa u jidher avviż dwar dan fil-gazzetti lokali kollha tal-Ħadd.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow