Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO DWAR simplifikazzjoni ta’ proċeduri amminIstrattivi u titjib fl-aċċess finanzjarju GĦALL-INTRAPRIżI

PR1161
Date Icon 29/08/2002

Skema ġdida mill-Institute for the Promotion of Small Enterprises flimkien ma’ iżjed simplifikazzjoni ta’ proċeduri mill-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar huma pass ’il quddiem fl-implimentazzjoni ta’ politika imprenditorjali kif ukoll iservu ta’ inċentiv għal min huwa żgħir fin-negozju.

L-inawgurazzjoni ta’ l-iskema kif imħabbra mill-IPSE u l-Ministru Josef Bonnici li ser tkun magħrufa bħala New Enterprise Loan Guarantee saret possibbli bi ftehim maż-żewġ banek ewlenin, il-Bank of Valletta u l-HSBC. Dawn flimkien ser jipparteċipaw f’impenn li ghandu jwassal biex tkun simplifikata aktar il-proċedura ta’ self mingħand dawn iż-żewġ banek. L-I.P.S.E. ser tidħol biex tiggarantixxi s-self ta’ flus għal min ser jibda negozju. Dan ifisser li min ma jkunx jista’ jagħmel tajjeb għal flus li jkun ser jissellef, jista’ japplika għal din l-skema kemm-il darba jkun irid l-għajnuna tal-I.P.S.E.

Din l-iskema ta’ self mingħand il-banek għandha titqies bħal inċentiv ieħor li l-I.P.S.E. qed toffri għal min għadu ser jibda l-ħajja kummerċjali tiegħu. Dan l-inċentiv flimkien ma’ iżjed titjib u żjieda f’dawn l-inċentivi finanzjarji għandhom jgħinu biex f’pajjiżna l-Gvern ikompli joħloq l-aħjar ċirkustanzi fejn in-negozji żgħar tagħna jkunu Negozji Sostenibbli.

Hekk ukoll kienet deċizjoni tajba u riżultat ta’ ħidma bejn żewġ Ministeri li għenet biex l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar issimplifikat il-proċeduri ta’ l-applikazzjoni għal min irid jarma s-siġġijiet u l-imwejjed fuq barra fl-industrija tal-catering.

Dawn huma inizjattivi li huma riżultat ta’ impenn kolletiv mill-Gvern li huwa mpenjat li jissimplifika proċeduri burokratiċi. L-attività kummerċjali f’pajjiżna zgur li tkun mghejjuna biex tiġġenera iżjed ġid u toħloq aktar impjiegi iżjed ma titnaqqas il-burokrazija.

Il-ħidma tal-Gvern biex f’pajjiżna jkollna l-implimentazzjoni ta’ Politika Imprenditorjali li ghandha tghin lis-self-employed u negozji żgħar jaħdmu bl-inqas tfixkil possibli hija ħidma li qed tgħin biex tqanqal l-aħjar tibdil possibbli.

Minn dan l-impenn igawdi l-iżvilupp ekonomiku kollu ta’ pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow