Left arrow Mur Lura

Iffirmar ta' Kuntratti favur l-AssoĊjazzjonijiet Sportivi

PR1158
Date Icon 29/08/2002

Dalgħodu, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Jesmond Mugliett ippresieda waqt l-iffirmar ta' erba' kuntratti fejn erba' faċilitajiet għaddew għand erba' entitajiet li issa ser ikunu responsabbli mill-iżvilupp u l-tmexxija ta' dawn il-faċilitajiet. Dawn il-kuntratti kienu iffirmati bejn id-Dipartiment ta’ l-Artijiet u:

  • Marsa Sports and Country Club
  • Malta Amateur Athletics Association
  • Malta Playing Fields Association
  • Malta Young Sailors Club

"Il-Marsa Sports Club qed jiġi afdat bit-tmexxija ta’ l-akbar area ta' facilità sportiva f'pajjiżna", tenna s-Segretarju Parlamentari. "Din ir-responsabbiltà hija wkoll akbar mill-oħrajn għaliex l-area tal-Marsa Sports Ground hija kkunsidrata bħala "l-pulmun tan-nofs inhar ta' Malta" minħabba l-wesgħa ta' ħdura li hemm fiha. Aħna kunfidenti li l-Marsa Sports Club flimkien mal-Country Club, bil-kollaborazzjoni mad-diversi sezzjonijiet fil-Club, bħas-sezzjonijiet tal-Golf, tat-Tennis, Squash u l-Cricket, ser jagħmlu ħilithom kollha biex jassiguraw li din il-facilità tibqa’ mizmuma fuq livelli sportivi internazzjonali. Huwa ttamat li s-sigurtà ta’ titlu twassal għal aktar investimenti f`din il-facilità.

Allokazzjoni oħra li qieghda ssir li hija differenti mill-oħrajn hija l-allokazzjoni ta' Office Space lill-Malta Amateur Athletics Association (MAAA). Din l-assoċjazzjoni li qed twettaq ħidma intensiva kellha bżonn ta' spazju t' uffiċċju minn fejn tkun tista' tamministra u ssaħħaħ il-ħidma tagħħa.

"L-MAAA hija involuta ħafna fl-attivitajiet varji ta’ l-atletika. L-uffiċini mgħoddija huma viċin it-track Matthew Micallef St John. J’Alla din l-assoċjazzjoni tkompli tistabbilixxi lilha nfisha f`pajjiżna u internazzjonalment, irrimarka l-Onor. Mugliett. 

Il-Young Sailors Club ġie mwaqqaf riċentement. L-għanijiet tiegħu huwa li jħejji baħħara zgħazagħ għall-gejjieni fejn ir-rizultati diġà qiegħdin jidhru! Is-sit allokat fil-Bajja ta' San Pawl jintuża sabiex eventwalment tinbena Clubhouse ċentrali viċin il-faċilitajiet ta’ l-irmiġġ u s-slipway għad-dinghies tal-Laser u l-Optimist. Il-Perit Mugliett kompla jgħid li dan ser ikun l-ewwel facilità ta' din in-natura li nbniet specifikament għal dan l-għan. Flimkien ma' faċilitajiet oħra immexxija mill-Club tas-Sailing ta' B' Bugia u l-Viking Sailing Club, issa ser ikollna tlett facilitajiet madwar il-gżira. Fil-futur aħna ser nistennew iżjed riżultati ladarba dan l-isport qed jitqiegħed fuq sisien aktar sodi, tenna l-Perit Mugliett.

Ir-raba' facilità mgħoddija hija l-Playing Field f'Tax-Xbiex, li jinsabu wara l-uffiċini tal-Uffiċċju fil-Marina f'Tax-Xbiex. "Il-Malta Playing Field Association hi magħrufa għall-ħidma tagħha fil-ħarsien tal-Playing Fields madwar Malta. Għalhekk din l-allokazzjoni għandha sservi sabiex tagħti sikurezza sabiex dan ix-xogħol ta' din l-għaqda filantropika ikun garantit għas-snin li ġejjin", temm il-Perit Mugliett.

Aktar kuntratti ser ikunu iffirmati fil-ġimgħat li ġejjin. Dawn il-kuntratti jorbtu lill-Clubs b’enfitewsi ta' disa' u erbgħin sena u jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta` użu f`dawn il-facilitajiet li ser ikunu mħarsa mill-Kunsill Malti għall-iSports, f'isem il-Gvern. Dawn il-kuntratti kienu ġew approvati b' Riżoluzzjoni Parlamentari f' Ġunju li għadda.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow