Left arrow Go Back

ATTIVITAJIET FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA' "JUM IL-VITTORJA"

PR1157
Date Icon 29/08/2002

Is-Sibt , 7 ta' Settembru 2002

11.00 hrs Tqegħid ta' kuruni mill-Kumitat Festi Nazzjonali fil-Forti Sant’ Anglu, Birgu, il-Monument tal-Vittorja, Isla u wara fiċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata.

Serata Kommemorattiva f'Misraħ l-Assedju l-Kbir, Valletta

18.30 hrs Marċ mill-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta minn Misraħ l-Assedju l-Kbir għal Bieb-il-Belt u lura.

18.50 hrs Il-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta taħt it-tmexxija ta’ l-Acting Band Master, Warrant Officer Carmelo Pace, tesegwixxi programm mużikali ħdejn il-Monument ta' l-Assedju l-Kbir.

19.00 hrs Wasla tal-mistednin distinti

19.12 hrs Wasla tal-Prim Ministru

19.15 hrs Programm Mużiko/Letterarju bil-parteċipazzjoni tal-Banda tal-Forzi Armati. Matul din is-serata se tittella' wkoll rappreżentazzjoni għall-okkażjoni miktuba minn Oreste Galleja u maħduma mill-atturi tal-kumpanija l-Aphrodite Productions, bl-isem ta’ “Tabula Rasa”. Jipparteċipaw ukoll l-istudenti ta’ SkolaSajf u jsir diskors kommemorattiv mill-Prof Victor Mallia Milanes. Lejn l-aħħar tas-serata jsir it-Tqegħid ta' Kuruni mill-Prim Ministru, Mr Speaker, il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, Persuni Distinti u Korpi Kostitwiti

INNU NAZZJONALI

Il-Ħadd, 8 ta' Settembru, 2002

"JUM IL-VITTORJA"

Quddiesa Pontifikali fil-Konkatidral ta' San Gwann

09.00 hrs Tluq tal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta flimkien ma' Gwardja ta' l-Unur minn ħdejn il-Monument ta' Kristu Re, Floriana ghal Triq ir-Repubblika, Valletta

09.12 hrs Wasla tal-Gwardja ta' l-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati f' Misraħ San Gwann, Valletta

09.18 hrs Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati

09.21 hrs Wasla tal- Prim Ministru

09.25 hrs Wasla ta' l-E.T. il-President ta' Malta

Jingħata Salut Nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja ta' l-Unur

09.30 hrs Quddiesa Pontifikali u kant tat- "Te Deum"

10.40 hrs Tqegħid ta' Kuruna mill-E.T. il-President ta' Malta fuq il-Monument ta' l-Assedju l-Kbir, Valletta

Regatta fil-Port il-Kbir

14.00 hrs Fil-Port il-Kbir issir ir-Regatta tradizzjonali li fiha il-"clubs" tar-Regatta affiljati ma’ l-Għaqda Regatta Nazzjonali li huma tal- Birgu, Bormla, Kalkara, Senglea, Marsa u Marsamxett jikkompetu f'Tigrijiet tad-Dgħajjes tal-midalji b'erba' mqadef; Dgħajjes tal-pass b'erba' u b'zewgt imqadef; Fregatini b'żewġt imqadef u tmunier u Kajjikki b'żewġt imqadef. Ikun hemm ukoll ħames tiġrijiet għall-qaddiefa taħt it-23 sena. Fl-aħħar tat-tiġrijiet issir il-prezentazjoni tas-shield, tazzi, trofej u paljijiet tradizzjonali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow