L-ONOR. GEORGE PULLICINO FIS-SUMMIT DINJI
L-Onor. George Pullicino wasal f'Johannesburg, il-bierah, l-Erbgha 28 t'Awissu 2002, biex imexxi d-delegazzjoni Maltija fis-Summit Dinji ghal Zvilupp Sostenibbli. Mieghu nghaqad ukoll l-konsulent tal-Gvern, is-Sur Michael Zammit Cutajar, li kien Segretarju Ezekuttiv tal-Konvenzjoni dwar il-Klima tal-Gnus Maghquda.
L-ewwel appuntament tas-Segretarju Parlamentari kien laqgha li saret bejn pajjiji applikanti fl-Unjoni Ewropea u li huma maghrufa mill-Gnus Maghquda bhala l-"Grupp Centrali". Malta iffacilitat din il-laqgha li l-ghan taghha kien li jkun hemm pozizzjoni komuni bejn il-pajjizi fil-Grupp fuq il-partijiet varji tal-Pjan ta' Implimentazzjoni. Dan il-Pjan huwa mistenni li jistabbilixxi miri specifici dwar zvilupp sostenibbli u huwa wiehed miz-zewg dokumenti principali li mistennija johorgu mis-Summit. Id-document l-iehor huwa Dikjarazzjoni Politika.
Il-membri tad-Delegazzjoni Maltija attendew ukoll ghal sezzjonijiet plenari dwar l-Ilma u s-Sanità, l-Energija u numru ta' laqghat ohra li kienu jinkludu rwol tat-tfal fl-izvilupp sostenibbli, il-biodiversità u l-energija u l-bdil fil-klima. Membri ohra tad-delegazzjoni attendew laqghat ta' l-Alliance of Small Island States (AOSIS), fejn Malta kienet maghzula biex tippartecipa fit-tfassil tac-chapter relevanti fil-Pjan ta' Implimentazzjoni.
Aktar tard l-Onor Pullicino kien mistieden biex jattendi attività organizzata mill-Gvern ta' l-Afrika t'Isfel, bl-isem ta' 'No Water, No Future', li kienet tinkludi esebizzjoni dwar mizuri ghall-konservazzjoni ta' l-ilma.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN