Siltiet mid-diskors tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent il-Perit George Pullicino waqt il-prezentazzjoni tar-rapport dwar l-istat ta’ l-ambjent
Issues ambjentali illum tant saru kumplessi li huwa mportanti li dawk li jiehdu d-decizjonijiet, jiehdu decizjonijiet pro-attivi biex jizguraw li l-ambjent jigi mhares u mmaniggjat bl-ahjar mod possibbli, ghal gid ta’ kulhadd. Dan jista’’ jsir biss jekk ikun hemm bizzejjed informazzjoni korretta u dettaljata dwar l-istat ta’ l-ambjent. Illum dan jista’’ jsir anki grazzi ghall-avvanzi fix-xjenza li qed tghin biex tingabar iktar informazzjoni preciza dwar dak kollu li ghandu x’jaqsam ma’ l-ambjent, bhal kwalità ta’ l-arja u tal-ibhra, l-energija u l-bijodiversità, li kollha b’xi mod ghandhom effett fuq il-kwalità ta’ hajja li nghixu ahna.
Ir-rapporti dwar l-istat ta’ l-ambjent originaw fis-snin sebghin fl-Istati Uniti u l-Gappun. Sa mill-bidu, dawn ir-rapporti kienu ntizi biex jaghtu nformazzjoni lill-udjenzi differenti – lil dawk li jiehdu d-decizjonijiet u lill-pubbliku in generali – bil-ghan li jigu facilitati policies favur it-tharis ta’ l-ambjent.
L-adozzjoni ta’ Agenda 21 waqt is-Summit ta’ Rio fl-1992 kienet vitali biex dawn ir-rapporti jibdew isiru b’mod iktar regolari f’ghadd ta’ pajjizi. Ghas-Summit ta’ Rio, Malta kienet ressqet Rapport Nazzjonali kif kien mitlub minn Nazzjonijiet Uniti u dan jista’’ jitqies bhala l-ewwel rapport dwar l-ambjent f’Malta. Imbaghad fl-1998 id-Dipartiment ghall-Harsien ta’ l-Ambjent kien ippubblika l-ewwel rapport dwar l-istat ta’ l-ambjent.
Ir-rapport li qed jigi ipprezentat illum, li jkopri s-snin 1998-2001, jezamina l-kwalità ta’ l-ambjent f’Malta, jindividwa l-pressjonijiet u t-theddid ghal din il-kwalità kif ukoll il-mizuri li ttiehdu kontra dan it-theddid u l-pressjoni, u jipproponi x’ghandu jsir fil-futur. Ir-rapport huwa wiehed xjentifiku li jipprezenta stampa cara tas-sitwazzjoni li fiha jinsab l-ambjent f’pajjizna.
Dan ir-rapport huwa miktub minn esperti li tkellmu dwar is-sitwazzjoni ambjentali f’Malta b’mod indipendenti u apolitiku. Awtoritajiet ohra jistghu ma jaqblux ma’ kollox. Izda l-Gvern bhala awtorita’ zgur li ser juza dan ir-rapport bhala ghodda ghall-immaniggjar ahjar ta’ l-ambjent f’pajjizna. U nemmen, anzi ninsab cert li anki awtorita’jiet rilevanti u kompetenti ohra ser jaghmlu hekk. M’ghandix dubju li dan ir-rapport ser iqajjem diskussjoni fil-pajjiz. Din tkun haga tajba ghax tghin biex tkompli tikber il-kuxjenza favur l-ambjent li f’dawn l-ahhar shin issahhet sew.
F’dawn l-ahhar snin f’Malta kien hawn zvilupp sinjifikanti f’dak li ghandu x’jaqsam mal-legislazzjoni u policies ambjentali. Saru l-emendi ghall-Att dwar l-Ippjanar ta’ l-Izvilupp kif ukoll l-Att dwar it-Tharis ta’ l-Ambjent. Twaqqfu agenziji li ghandhom numru ta’ responsibiltajiet ambjentali bhall-Awtorita’ tar-Rizorsi u l-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Izvilupp Sostenibbli.
Jekk wiehed jaqra r-rapport li hejjiet il-World Wildlife Fund (WWF) proprju ghas-Summit Dinji dwar l-Izvilupp Sostenibbli li beda jiltaqa’ dal-granet f’Johannesburg u li ghalih Malta ser tkun rapprezenta b’delegazzjoni mmexxija mid-deputat Prim Ministru, wiehed ma jista’x ma jhossux inkwetat bis-sens apokalittiku tieghu: ir-rapport jghid li hu kkalkulat li, jekk nibqghu sejrin kif ahna, fi zmien hamsin sena l-umanita’ ser ikollha ssib pjaneta ohra fejn tghix. Jien mhux daqshekk pessimist. Nixtieq nislet biss zewg hsibijiet minn dan ir-rapport.
L-ewwel, jekk wiehed jikkompara c-cifri u l-fatti fiz-zewg rapporti isib li Malta ma marritx daqstant hazin f’dak li ghandu x’jaqsam mal-harsien ta’ l-ambjent, anzi nista’ nghid li qeghdin f’pozizzjoni ahjar minn hafna pajjizi ohra fid-dinja.
It-tieni, mill-banda l-ohra, minhabba li l-ambjent huwa wiehed u jappartjeni lid-dinja kollha, huwa fid-dmir taghna li naghmlu dak kollu li nistghu biex nassiguraw li r-rizultati li johorgu minn Johannesburg ikunu fl-ahjar interess ta’ l-ambjent globali. Wiehed ma jista’x ma jinnotax li l-kuncett ewlieni tas-Summit jixbah hafna lill-kuncett Malti "ta’ wirt komuni ta’ l-umanita’". Mhux biss, izda ta’ importanza vitali ghall-ambjent ta’ ghada, specjalment fil-kuntest tal-bdil tal-klima, huwa l-bahar, li ghalih kien japplika l-kuncett Malti u li qed jitqies bhala vitali ghal harsien ta’ l-ambjent dinji.
Fir-rapport li qed jigi ipprezentat illum wiehed isib sentenzi bhal "Malta bhalissa qed tinkludi partijiet minn ligijiet ta’ l-Unjoni Ewropea li ghandhom x’jaqsmu ma’ l-immaniggjar ta’ skart solidu fil-legislazzjoni lokali." Hadd m’ghandu jiddejjaq b’dan, ghas-semplici raguni li r-rimi tal-iskart solidu kien forsi l-ikbar problema ambjentali li iffaccjajna ghal bosta snin. Fin-negozjati ta’ Malta ma’ l-Unjoni Ewropea, sar hafna xoghol biex, anki fil-qasam ambjentali, l-Unjoni Ewropea taghraf il-valur kbir immens tad-diversità ekologika kif ukoll l-identità individwali, storika, goegrafika u kulturali taghna. M’ghandix dubju li shubija shiha fl-Unjoni Ewropea ser taghti spinta qawwija ‘l quddiem lill-ambjent Malti kemm fil-kuntest lokali kif ukoll fil-kuntest globali.
Nixtieq nirringrazzja pubblikament lil Professur Axiaq tal-koordinament u lill-kontributuri kollha li taw sehemhom biex jithejja dan ir-rapport intensiv u dettaljat li kif ghidt qabel ser ikun l-ghodda f’idejn l-amministrazzjoni biex tizgura li l-ambjent f’pajjizna jitjieb biex il-kwalità ta’ hajja titjieb, mhux biss ghalina izda ghal dawk li gejjin warajna.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN