MAĦTURA L-KUMMISSJONI ELETTORALI
Fuq il-parir tal-Prim Ministru, wara konsultazzjoni mal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, il-President illum appunta lil dawn il-persuni bħala membri tal-Kummissjoni Elettorali għal sena b’seħħ mit-30 ta’ Awissu 2002:
Is-Sur Gorg Borg Cardona
Is-Sur Victor Cavallo
Is-Sur Mario Callus
Dr Ena Cremona
Is-Sur John De Gray
Is-Sur Henry Distefano
Is-Sur Vanni Ganado
Is-Sur Carmel J Portelli
Waqt il-laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, meta l-Prim Ministru saqsa lil Dottor Alfred Sant sabiex jinnomina persuni sabiex iservu fuq din il-Kummissjoni, Dr Sant wieġeb li hu jqis il-proċess elettorali bħala wieħed ivvizzjat u għalhekk m’għandux fiduċja f’min qed iservi jew ser iservi fuq il-Kummissjoni Elettorali.
Il-Prim Ministru qal li l-proċess elettorali qatt ma kien b’saħħtu daqs kemm hu illum. Hu esprima d-diżappunt tiegħu li fuq din il-materja ma jeżistix qbil.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN