Left arrow Mur Lura

AGGUSTAMENT FIL-PREZZ TAL-HOBZ TAL-MALTI

PR1147
Date Icon 26/08/2002

B’effett mit-28 ta’ Awissu, il-prezz massimu li bih jista’ jinbiegh il-hobz tal-Malti qed jigi aggustat hekk kif gej:

Hobza kbira, minn 15c0 ghal 16c0 u

Hobza zghira, minn 9c0 ghal 10c0.

Dan l-aggustament gie sanzjonat, mid-Divizjoni ghall-Konsumatur u Kompetizzjoni fil-Ministeru ghas-servizzi Ekonomici, biex ikopri kemm xi zidiet fl-ispejjez tal-furnara b’rizultat taz-zidiet fil-pagi imhabbra fl-ahhar zewg budgets, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ formula gdida ta’ dqiq intiza specifikament ghall-produzzjoni tal-hobz tal-Malti.

Din il-formula gdida ghandha tiggarantixxi materja prima ahjar u iktar konsistenti ghall-produzzjoni tal-hobz tal-Malti li jinhadem mit-tahlit ta’ iktar minn kwalita` wahda ta’ qamh, inkluz qamh maghruf bhala hard wheat.

Fl-istess waqt, qed isir ukoll aggustament marginali fil-prezz massimu tad-dqiq komuni li normalment jintuza ghall-produzzjoni ta’ hobz tal-fancy. Dan ser jizdied b’hames millezmi il-kilo (minn Lm 4.52 ghal Lm 4.79 ghal kull xkora ta’ hamsin kilo mwassla sa bieb il-furnar). Dan l-aggustament ikopri revizjoni fil-hlas lid-distributuri tat-dqiq liema hlas kien ilu zmien twil ma jigi rivedut.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow