JINHATAR PRIM IMHALLEF GDID
L-E.T. il-Prof. Guido de Marco, President ta' Malta, dalghodu, fuq parir tal-Prim Ministru, ta l-gurament tal-hatra lill-Onor. Imhallef Dott. Vincent De Gaetano LL.D., bhala l-Prim Imhallef il-gdid tal-Qrati Maltin. Il-kariga tieghu bdiet tghodd b'effett mil-llum 26 ta' Awissu 2002.
Il-President Guido de Marco qal li l-okkazjoni ta' llum hi xhieda tar-responsabbilità li qed ikompli juri l-Istat Malti fid-dawl ta' cirkostanzi difficli. Il-President emfasizza li, "il-fiducja li ghandu jgawdi l-poplu fil-gudikatura, hija indispensabbli ghall-governanza koretta ta' Pajjiz."
Fid-diskors tieghu, il-President de Marco, iccita silta minn dak li kien qal lill-gudikanti, waqt l-ewwel zjara ufficcjali li qatt saret minn President tar-Repubblika lill-Qrati Maltin fl-4 ta' Frar 2000:
"Jiena bdejt nahdem f'dawn il-Qrati fl-eta ta' ghoxrin sena meta lhaqt prokuratur legali; sirt avukat fl-1955, u bl-eccezjoni ta' ghaxar snin meta okkupajt il-kariga ta' Vici Prim Ministru u Ministru ta' diversi dikasteri, fosthom dak tal-gustizzja, dejjem hdimt fil-Qrati kemm Superjuri kif ukoll tal-Magistrati. Tghallimt hafna mill-imhallfin, mill-magistrati, mill-avukati. Lilhom lkoll nixtieq nfisser il-gratitudni tieghi.
Iltqajt ma' gudikanti intelligentissimi, u ohrajn forsi mhux daqshekk brillanti; ohrajn kienu jahdmu b'dedikazzjoni assoluta, u xi whud b'inqas dedikazzjoni.
Però f'dan iz-zmien kollu, fl-ezercizzju tal-professjoni tieghi, fatt kien dejjem kostanti fil-gudikatura taghna. Dak ta' l-onestà assoluta.
Din l-onestà, din l-integrità hi l-isbah wirt tal-gudikatura Maltija.
Din il-kwalità nghozzuha.
Li tkun brillanti u dott fil-ligi hu importanti, li tkun dedikat u motivat ghax-xoghol ta' gudikant hu essenzjali.
Li tkun onest hu indipensabbli."
Il-Prof. Guido de Marco qal li, "Is-saltna tal-gustizzja, m'hix biss il-wirt tal-gudikatura taghna, izda saret parti integrali minn hajjitna. Jehtieg li, bl-ezempju u d-dedikazzjoni taghna lkoll nibzghu ghaliha."
Filwaqt li l-President de Marco, irringrazzja wkoll lill-Imhallef Anzjan Dott Joseph David Camilleri, li f'dawn l-ahhar jiem serva bhala Agent Prim Imhallef, tkellem fuq il-hidma li qed taghmel il-Kummissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-Gustizzja li issa waslet biex biex tippublka it-tielet rapport ta' hidma taghha.
Prezenti ghac-cerimonja ta' dalghodu, flimkien mal-President kienu prezenti wkoll il-Prim Ministru l-Onor. Dott. Eddie Fenech Adami u l-Ministru tal-Gustizzja l-Onor. Dott. Austin Gatt. Flimkien maghhom, l-Avukat Generali Dott. Anthony Borg Barthet, l-Imhallef Anzjan Dott Joseph David Camilleri, ir-Registratur tal-Qrati s-Sur Charles Micallef, kif ukoll il-familjari tal-Prim Imhallef Dott Vincent De Gaetano.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN