L-IBBURDJAR: L-aktar sport popolari fi Skolasport Sajf
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni l-Onor. Jesmond Mugliett dalghodu zar il-Valletta Viking Clubs fil-Furjana, fejn madwar mitt tifel u tifla qed jiehdu sehem fil-kors dwar l-ibburdjar, immexxi minn ghalliema esperti f'din id-dixxiplina.
Matul il-perjodu tas-Sajf, Skola Sport torganizza ta' kull sena korsijiet f'ghadd ta' dixxiplini differenti fosthom l-ghawm, waterpolo, triathlon, canoeing, windsurfing u sailing. Dawn qed ikunu organizzati fil-pitches tal-waterpolo tas-Sliema , Marsascala, Sirens, Hay Warf, Pretty Bay, fil-Pixxina Nazzjonali f'tal-Qroqq, Marsamxett, u fil-Bajja ta' San Tumas. Ghall-korsijiet ta' din is-sena attendew 250 tifel u tifla.
Ghar-raba’ sena konsekuttiva l-ibburdjar hu l-aktar sport popolari fi Skolasport Sajf. Fl-ewwel lezzjonijiet il-partecipanti jitghallmu dwar sigurta’ fuq il-bahar, kif jimmanuvraw l-opra u r-regolamenti bazici li huma bbazati fuq sillabu wzat barra minn Malta.
Sakemm jispicca l-kors it-tfal ikunu tghallmu jimmanuvraw id-dghajjes wahidhom filwaqt li dawk li juru interess qawwi li jkomplu, jigu mhajra sabiex jiehdu sehem f’regattas u korsijiet ohra organizzati mill-istess club.
Intant ghat-tieni darba Skolasport Sajf qed torganizza kors iehor ta’ ibburdjar f’Birzebbugia, bil-kooperazzjoni shiha ta’ B’Bugia Sailing Club. Sessjonijiet ta’ tahrig isiru kull nhar ta’ Hamis minn grupp ta’ coaches ikkwalifikati. Madwar 15-il tifel u tifla qed jinghataw tahrig fuq aspetti bhal rigging, gybing, reaching, tucking u tunning filwaqt li jigu mghallma kif jarmaw il-qlugh u jnizzlu d-dinghy il-bahar. Fl-14 ta' Settembru il-Vikings Sailing Club tal-Floriana ser jorganizza Sailing Experience f’Tas-Sliema fejn il-fondi migbura ser imorru ghac-Children's Cancer Fund.
Il-Perit Mugliett irringrazzja lid-dirigenti involuti f'dan l-isports ghaliex sforz id-dedikazzjoni u l-impenn taghom qed jghinu biex jippopolizzaw l-isport tal-bahar. Huwa irringrazzja lill-ghaqdiet sportivi fejn flimkien mad-dirigenti taghhom qed jaghmlu minn kollox biex il-partecipazzjoni f'dan l-isports tizdied.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN