APPROVAZZJONI TA’ MEDICINA MID-DIVIZJONI TAS-SAHHA
Id-Divizjoni tas-Sahha, wara li studjat l-evalwazzjoni tan-NICE (National Institute for Clinical Excellence) ta’ l-Ingilterra, tinforma lill-pubbliku li l-medicina Imatinib maghrufa bl-isem ta' 'Glivec' issa giet approvata biex tintuza ghat-trattament ta’ pazjenti li qed isofru minn Chronic Myeloid Leukaemia. Dan ser isir skond protokoll stabbilit fuq l-ahhar informazzjoni xjentifika u fuq l-istess principji ta'protokolli stabbiliti minn entitajiet internazzjonali. Il-protokoll ghall-uzu jkun rivedut minn zmien ghall-iehor skond l-informazzjoni xjentifika li tigi ppublikata.
Huwa stmat li madwar sitt pazjenti fis-sena sa jinbdew fuq dan it-trattament. Dan it-trattament ser ifisser nefqa addizjonali ghad-Divizjoni tas-Sahha ta' madwar LM 100,000 fis-sena.
Id-Divizjoni tas-Sahha ser tibda’ l-proceduri biex tinxtara din il-medicina biex b'hekk il-pazjenti ntitolati ghaliha skond dan il-protokoll ikun jista' jinbdielhom it-trattament mill-aktar fis possibli.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN