TIĠDID TAL-KARTA TA' L-IDENTITÀ FIŻ-ŻURRIEQ
Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tiġdid tal-Karti ta' l-Identità fiż-Żurrieq minn nhar is-Sibt 2 sa nhar it-Tlieta 19 ta' Frar, 2002.
It-tiġdid tal-Karta ta' l-Identità fiż-Żurrieq ser isir fl-Iskola Sekondarja Mons. P.P. Saydon, Triq Dun Guzepp Zammit. Fiċ-Ċentru msemmi jistgħu jattendu biss ir-residenti ta' dik il-lokalità partikolari. It-tiġdid qed isir għal dawk kollha li diġà għandhom Karta ta' l-Identità. Dawk li ser japplikaw għall-ewwel darba ma jkunux jistgħu jagħmlu dan fiċ-Ċentru tal-lokalità tagġhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta ta' l-Identità, il-Belt, Valletta.
Għandha tiġi ppreżentata l-Karta ta' l-Identita' preżenti kif ukoll il-formola tat-tiġdid bl-informazzjoni mitluba, li qegħda tiġi mibgħuta lil kull min għandu jġedded l-Karta ta' l-Identita'. Il-ħinijiet li fihom isir it-tiġdid ser ikunu: fost il-Ġimgħa bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibtijiet mit-8.00 a.m. sa nofsinhar. Ma jsirx tiġdid tal-Karta ta' l-Identità fil-Ħdud.
Aktar dettalji dwar it-tiġdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li qegħdin jintbagħtu bil-posta mal-formola tat-tiġdid.
Il-Karta ta' l-Identità l-ġdida tkun tista tiġi rtirata aktar 'l quddiem u ser jinħareġ avviż dwar dan.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN