IL-PROGRAMM CULTURE 2000
Bi tħejjija għall-parteċipazzjoni ta' Malta fil-programm tal-Unjoni Ewropea Culture 2000 fil-ġejjieni qrib, l-European Union Programmes Unit tal-Ministeru tal-Edukazzjoni tixtieq tavza lill-pubbliku kollu, speċjalment individwi u organizzazzjonijiet mdaħħlin f'xi qasam kulturali li jistgħu jissottomettu proġetti biex jitwettqu fil-programm tal-Unjoni Ewropeja Culture 2000. Dawn il-proġetti għandhom jaslu l-Kummissjoni Ewropeja sal-31 ta Ottubru 2002.
Il-programm tal-Unjoni Ewropea Culture 2000 kien imwaqqaf fl-2000 għall-perijodu ta ħames snin (2000-2004) u l-flus ivvutati għalih mill-Unjoni Ewropeja tul il-ħames snin huma 167 miljun Ewro.
Il-programm Culture 2000 jagħti għajnuna finanzjarja għall-proġetti ta' kooperazzjoni kulturali fis-setturi kollha artistiċi u kulturali i.e. performing arts, visual and plastic arts, letteratura, wirt, storja kulturali eċċ. Matul is-sena 2003 il-focus ewlieni ta' dan il-programm ser ikun fuq il-performing arts (teatru, danza, mużika, opera, arti lirika, teatru tat-triq u ċirklu)
L-għan ewlieni ta' dan il-programm hu l-promozzjoni ta' spazju kulturali komuni li jkun karatterizzat kemm minn diversita' kulturali kif ukoll wirt kulturali komuni.
Culture 2000 jinkoragixxi kreattivita, mobilita, aċċess għall-pubbliku għall-kultura, tqassim wiesa ta arti u kultura, djalogu inter-kulturali u għarfien tal-istorja tal-popli tal-Ewropa. Il-programm iħares lejn il-kultura bħala li għandha rwol importanti fl-integrazzjoni soċjali u żvilupp soċjo-ekonomiku.
Ghal aktar informazzjoni wiehed għandu jikkuntattja lill-Chris Gatt, Cultural Contact Point fi ħdan il-European Union Programmes Unit (Tel 21223200, mobile 79463450, jew e-mail.info@sjcav.org)
Il-pubbliku hu mistieden jattendi għal-laqgħat ta informazzjoni li ser isiru kif ġej:
Il-Ħamis 29 t'Awwissu 2002 għal min hu interessat fil-Performing Arts
Il-Gimgha 30 t'Awwissu 2002 għal min hu interessat fl-arti viżwali
It-Tnejn 2 ta' Settembru 2002 għal min hu interessat fil-wirt kulturali u arti tradizzjonali
It-Tlieta 3 ta' Settembru 2002 għal min hu interessat fil-letteratura
L-Erbgħa 4 ta' Settembru 2002 laqgħa ta' informazzjoni ġenerali.
Il-laqgħat isiru kollha fil-Kavallier ta San Ġakbu,il-Belt Valletta fis-7.00 pm
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN