IL-GVERN MALTI JAPPELLA GHAS-SENS KOMUN MILL-FKNK U BIRDLIFE MALTA
"Il-Gvern Malti jappella ghas-sens komun minflok reazzjoni emozzjonali miz-zewg nahat fil-kwistjoni tal-kacca u l-insib tradizzjonali u l-harsien ta’ ghasafar protetti". Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari George Pullicino meta kien qed jirrispondi ghall-istqarrijiet mill-Federazzjoni tal-Kaccaturi, Nassaba, Konservazzjonisti u Birdlife Malta.
Il-Perit Pullicino qal li dejjem kienet l-intenzjoni tal-Gvern Malti li jinnegozja pakkett li jassigura d-delizzju tal-kacca u l-insib fl-istess hin li jhares l-ghasafar protetti.
Mhuwiex minnu, dak li ntqal li s-suggeriment tal-Federazzjoni Kaccaturi, Nassaba Konsevazzjonisti gew injorati. Anzi kien il-Gvern stess li stieden l-FKNK biex igibu espert barrani biex jiddiskuti mal-Gvern.
Hafna mis-suggerimenti li gew diskussi f’din il-laqgha gew inkorporati mill-Gvern fin-negozjati. Is-suggeriment li Malta ghandha tinghata l-istess koncessjoni bhar-regjun ta’ Greenland, qatt ma seta’ jigi kkunsidrat peress li r-ragunijiet ghall-kacca u l-insib f’Malta u Ghawdex ma jsirux ghall-istess ragunijiet li jsiru mill-Eskimos ta’ Greenland.
Il-pozizzjoni komuni li wasalna sa llum fuqha mal-Kummissjoni Ewropea tassigura li:
Ghar-rigward tal-Kacca
- Il-kacca fir-rebbiegha ghall-gamiem (turtle dove) u ghas-sumien (quail) mill-25 ta’ Marzu sal-21 ta’ Mejju se tibqa’.
- L-ghasafar kollha li kienu fuq il-lista tal-kacca fir-regolamenti ta’ Malta ser jinzammu.
- Kull attivita’ ohra tal-kacca prattikata tibqa’, inkluz dik tal-kacca fuq il-bahar minn tliet kilometri mill-ixtut.
Ghar-rigward ta’ l-Insib
- In-nassaba kollha (‘l fuq minn 4,500) li kienu licenzjati sal-31 ta’ Lulju 2002, jibqghu jiprattikaw l-insib tradizzjonali ghal seba’ ghasafar tal-ghana, fost ohrajn, minghajr xkiel.
- Qabel ma jinhargu licenzji ohra l-Gvern Malti huwa kommess li jaghmel studju dwar l-insib, liema studju irid isir permezz ta’ kumitat li fih se jippartecipaw anke ir-raprezentanti tal-kaccaturi u n-nassaba.
Il-Gvern Malti qabel mal-Kummisjoni Ewropea fuq il-htiega li kif sar s’issa il-partijiet kollha jahdmu flimkien sabiex jkompli jissahhah l-infurzar tal-ligi. Il-fatt li ghad hemm min jikser il-ligi, bl-ebda mod ma jiggustifika l-abolizzjoni tal-kacca u l-insib. Iz-zieda fl-infurzar tal-ligi izda tibqa’ wahda mill-miri u l-hidmiet principali tal-Gvern.
F’dawn l-ahhar tliet snin il-pulizija flimkien ma’ l-armata hadmu biex ma jkunx hemm kacca u insib illegali f’riservi naturali u f’zoni ohra protetti. Ic-cifri jitkellmu wahedhom u kullhadd jammetti li qed isir avvanz f’dan il-qasam. Fil-Buskett u fil-fliegu ta’ bejn Ghawdex u Malta n-numru ta’ abbuzi naqas drastikament.
Imma hadd ma ghandu jistenna li din il-problema se tirrisolva ruhha f’temp qasir. Biex jigu mghejjuna l-forzi ta’ l-ordni, gew assenjati karrozzi four wheel u dinghies. Dawn ser jibdew jintuzaw fil-jiem li gejjin. Ghaddejjin diskussjonijiet ukoll sabiex l-ALE tissahhah permezz ta’ aktar nies fil-perjodi l-aktar krucjali.
Dan kollu juri li l-ftehim li lahaq il-Gvern Malti s’issa fin-negozjati huwa ftehim li jaghmel sens ghax jirrispekkja l-interessi tal-Maltin u l-Ghawdxin kollha. Fuq kollox permezz ta’ dan il-ftehim intlahaq bilanc bejn dak li huwa tradizzjonali u l-harsien ta’ l-ambjent.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN