Left arrow Mur Lura

IL-GVERN MALTI QED JASSIGURA L-FUTUR TAD-DELIZZJU TAL-KACCA U L-INSIB

PR1131
Date Icon 21/08/2002


Il-Gvern Malti qed jassigura l-futur tad-delizzju tal-kacca u l-insib fin-negozjati li l-Gvern Malti qed jaghmel mal-Unjoni Ewropea.

Kuntrarjament ghal dak li ntqal, in-negozjati ghadhom mhux maghluqa. Sa llum il-Gvern Malti wasal fi qbil fuq pozizzjoni komuni mal-Kummisjoni Ewropea, liema pozizzjoni issa trid tigi diskussa u approvata mill-pajjizi membri f’Settembru ta’ din is-sena.

Il-pozizzjoni komuni li wasalna sa llum fuqha mal-Kummissjoni Ewropeja tassigura li, ghar-rigward tal-Kacca:

  1. Il-kacca fir-rebbiegha ghall-gamiem (turtle dove) u ghas-sumien (quail) mill-25 ta’ Marzu sat-21 ta’ Mejju se tibqa.
  2. L-ghasafar kollha li kienu fuq il-lista tal-kacca fir-regolamenti ta’ Malta ser jinzammu.
  3. Kull attivita’ ohra tal-kacca prattikata tibqa, inkluz dik tal-kacca fuq il-bahar minn tlett kilometri mill-ixtut.

Il-pozizzjoni ghar-rigward tal-Insib hi:

  1. In-nassaba kollha (‘l fuq minn 4,500) li kienu licenzjati sal-31 ta’ Lulju 2002, jibqghu jiprattikaw l-insib tradizzjonali ghal seba’ ghasafar tal-ghana, fost ohrajn, minghajr xkiel.
  2. Qabel ma jinhargu licenzji ohra l-Gvern Malti huwa kommess li jaghmel studju dwar l-insib, liema studju irid isir permezz ta’ kumitat li fih se jippartecipaw anke ir-raprezentanti tal-kaccaturi u n-nassaba.

Il-Gvern Malti fin-negozjati qed ihares l-interessi tal-kaccaturi u nassaba Maltin u l-Ghawdxin filwaqt li jassigura li dan id-delizzju jibqa’ haj u sostenibbli fit-tul. Fuq kollox, il-Gvern Malti qed jassigura li dak kollu li jigi deciz dwar il-kacca u l-insib, jigi deciz mill-Maltin u l-Ghawdxin stess permezz ta’ kumitat maghruf bhala l-Ornis Committee li fih se jigu mistiedna jiehdu sehem il-partijiet kollha nvoluti.

1Sponsun – Chaffinch, Ekru – Siskin, Apparell – Serin, Gojjinn – Linnet, Gardell – Goldfinch, Verdun – Greenfinch, Taz-Zebbug – Hawfinch

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow