Left arrow Mur Lura

Pjan ta’ kontinġenza għal Għawdex

PR1129
Date Icon 21/08/2002

Il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono flimkien mad-Direttur għall-Protezzjoni Ċivili, s-Sur Peter Cordina illum indirizzaw l-ewwel laqgħa bi tħejjija għal-Pjan ta’ Kontinġenza għal Għawdex.

Dan skond kif inhu stipulat fil-Ligi dwar il-Protezzjoni Ċivili ta’ l-1999, li stabiliet id-Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili u l-Forza ta’ Għajnuna u Salvataġġ. Din il-liġi taħseb għall-protezzjoni taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, sabiex f’każ ta’ xi disastru kulħadd jkun jista’ jiġi mgħejjun kif ikun hemm bżonn.

Parti mix-xogħol tad-Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili huwa li jħejji pjani ta’ kontinġenza f’każ ta’ xi diżastru, kif ukoll dawk l-emerġenzi naturali, industrijali jew xort’oħra li jistgħu jinqalgħu minn zmien ghal zmien. B’hekk ikun hemm ko-ordinazzjoni bejn id-diversi dipartimenti tal-Gvern u organizzazzjonjiet mhux governattivi, li jistgħu ikunu involuti, biex jaġixxu flimkien fil-każ ta’ diżastru.

"Il-protezzjoni tal-Maltin u l-Għawdxin hija responsabbiltà diretta tal-Gvern li għandu d-dmir li joħloq l-istrutturi neċessarji sabiex kull ċittadin ta’ dan il-pajjiż isib l-għajnuna meħtieġa minn nies imħarrġa apposta."

"B’hekk, f’ċirkostanzi mhux prevedibbli li jkunu ser jikkagunaw ħsara fis-saħħa ta’ numru ta’ bnedmin, fil-proprjetà, fil-provvista tad-dawl, ilma jew mezzi ta’ komunikazzjoni, jew fl-ambjent fil-pajjiż, ikun hawn min huwa diġà preparat biex jaġixxi b’urġenza f’sitwazzjoni li ġeneralment tkun teħtieġ il-koperazzjoni ta’ l-awtoritiajiet, ta’ l-istituzzjonijiet u ta’ l-organizzazzjonijiet għall-azzjoni ta’ rimedju" sahqet il-Ministru Debono.

Dan il-pjan meta jitlesta, jitressaq għall-approvazzjoni tal-Kunsill għall-Protezzjoni Ċivili. 

Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm id-Direttur għall-Proġetti u Żvilupp fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex flimkien maċ-Chairman tal-Kunsill Għawdxi għas-Saħħa, il-Prof. M. Cauchi, is-Supretendent ta’ l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex Dr. A. Livori, is-Supretendent tal-Pulizija is-Sur Joe Valletta u rappreżentanti tal-Forzi Armati ta’ Malta, tal-Enemalta, tal-Maltacom, tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma, tal-Gozo Channel, tal-Fergħa tal-Agrikoltura, tax-Xogħlijiet, u tad-Drenaġġ fi ħdan id-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp, kif ukoll tas-Soċjetà tas-Salib l-Ahmar fergħa t’Għawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow