Left arrow Mur Lura

STUDENTI ĊINIŻI FI SKAMBJU EDUKATTIV F’MALTA

PR1117
Date Icon 19/08/2002

Dalgħodu studenti Ċiniżi ltaqgħu mal-Ministru ta' l-Edukazzjoni l-Onor. Louis Galea. L-14-il student Ċiniżi qed jiġu ospitati mill-Kunsill Lokali ta' Bormla fejn qed jitgħallmu l-Ingliż bħala parti minn skambju bejn Malta u ċ-Ċina. L-istudenti li huma minn Yancheng City, waslu hawn Malta fid-19 ta' Lulju u se jibqgħu f'pajjiżna sat-13 ta' Settembru.

L-istudenti qed ikollhom lezzjonijiet ta' Ingliż mit 08:30 ta' filgħodu san-12:30 fil-Kunsill Lokali ta' Bormla tlett ijiem fil-ġimgħa. Il-jumejn l-oħra, l-istudenti qed jaħdmu f'Kunsilli Lokali (Bormla, Ta' Xbiex u Birgu), stazzjonijiet tat-televiżjoni (Super1 u Net), fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Waħda mill-istudenti li fiċ-Ċina hi għalliema ta' l-Ingliż, qed tingħata tagħlim speċjalizzat fi skola privata tul il-ġimgħa kollha.

F'April 2002 delegazzjoni mill-Kunsill Lokali ta' Bormla ġiet mistiedna minn Yancheng Foreign Affairs Office biex iżżur iċ-Ċina fejn ġie iffirmat ftehim ta' koperazzjoni, ħbiberija u skambji bejn il-Kunsill Lokali ta' Bormla u Yangcheng City. Dan il-ftehim jinkludi skambji fil-qasam edukattiv u fl-oqsma tax-xjenza, teknoloġija, sport, kultura, saħħa u turiżmu; koperazzjoni fil-qasam kummerċjali u ekonomiku; u ftehim ta' ġemellaġġ.

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea, qal li l-iskambji u l-koperazzjoni li qed isiru bejn iż-żewġ lokalitajiet għandhom ikunu ta’ benefiċċju għaż-żewġ partijiet kif ukoll għaċ-ċittadini tagħhom. Hu qal li kellu l-opportunita' jżur iċ-Ċina f'Ġunju li għadda u li waqt din iż-żjara iltaqa’ ma' l-awtoritajiet Ċiniżi li wrew ix-xewqa li jibagħtu aktar stundenti biex jitgħallmu l-Ingliż hawn Malta. Il-Ministru qal li għalkemm ir-realtajiet fiż-żewġ pajjiżi huma differenti ħafna għandna ħafna x'nitgħallmu minn xulxin. Il-Ministru qal li hu ta' sodisfazzjon jara l-Kunsilli jieħdu rwol dejjem aktar importanti u relevanti għall-iżvilupp sħiħ tal-lokalita', mhux biss f'dak li hu estetiku u infrastrutturali, iżda wkoll fl-edukazzjoni, l-kultura u l-qasam soċjali. Hu temm jawgura li l-koperazzjoni bejn il-Kunsill Lokali ta' Bormla u Yancheng City tkompli tikber u tissaħħaħ biex minn din il-koporazzjoni igawdu ċ-ċittadini taż-żewġ lokalitajiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow