TIĠDID TAL-KARTA TA’ L-IDENTITÀ - QORMI
Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tiġdid tal-Karti ta’ l-Identità f’Qormi:
bejn l-Ġimgħa 6 u t-Tlieta 24 - ta’ Settembru
Skola Primarja tal-Gvern ‘B’
‘Guzè Muscat Azzopardi’
Triq Manwel Dimech
(minbarra s-Sibt 21 u l-Ħdud 8, 15 u 22 ta’ Settembru) u;
bejn l -Erbgħa 25 ta’ Settembru u l-Ħamis 10 ta’ Ottubru
Skola Sekondarja‘Guzè Galea’
Triq l-Iskola
(minbarra l-Ħdud 29 ta’ Settembru u s-6 ta’ Ottubru
Il-ħinijiet li fihom isir it-tiġdid ser ikunu: fost il-ġimgħa bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibtijiet mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.
Fiċ-Ċentri msemmija jistgħu jattendu biss ir-residenti ta’ Qormi. It-tiġdid qed isir għal dawk kollha li diġà għandhom Karta ta’ l-Identità. Dawk li ser japplikaw għall-ewwel darba ma jkunux jistgħu jagħmlu dan fiċ-Ċentru tal-lokalità tagħhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identità l-Belt, Valletta, bejn it-8.00 a.m. u nofsinhar. Min-naħa l-oħra, ma jkunx jista’ jsir tiġdid fil-Belt matul dan il-perjodu għar-residenti ta’ Qormi.
Għandha tiġi ppreżentata l-Karta ta’ l-Identità preżenti kif ukoll il-formola tat-tiġdid bl-informazzjoni mitluba, li qegħda tiġi mibgħuta lil kull min għandu jġedded l-Karta ta’ l-Identità.
Aktar dettalji dwar it-tiġdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li ser jintbagħtu bil-posta mal-formola tat-tiġdid.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN