REKLUTAĠĠ FUTUR TA’ SKRIVANI FIS-SERVIZZ PUBBLIKU
PR1110
14/08/2002
Il-Management and Personnel Office jixtieq jgħarraf għall-informazzjoni ta’ kulħadd illi, għall-futur, biex wieħed ikun eliġibbli li joqgħod għal eżami f’reklutaġġ ta’ Skrivan fis-Servizz Pubbliku, għandu jkollu l-European Computer Driving Licence (E.C.D.L.), b’logbook iċċertifikat li għadda mill-anqas f’dawn it-taqsimiet: l-Użu tal-Kompjuter u File Management; Word Processing; Spreadsheets. Barra minn hekk, wieħed għandu jkollu wkoll ħames ċertifikati SEC/GCE fil-Livell Ordinarju li jridu jinkludu l-Ingliż, il-Malti u l-Matematika.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN