IL-PATRIJARKA TA' ĠERUSALEMM JAGĦMEL ŻJARA TA' KORTESIJA LILL-AĠENT PRIM MINISTRU
PR1108
14/08/2002
Il-Beatitudni Tiegħu Mons. Ariċisqof Michel Sabbah, Patrijarka ta' Ġerusalemm, għamel żjara ta' kortesija lill-Aġent Prim Ministru u Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea.
F'din iż-żjara l-Ministru Louis Galea ta merħba lill-Patrijarka f'din l-ewwel żjara tiegħu f'Malta. Il-Patrijarka fisser il-ferħ tiegħu li qed iżur Malta fl-okkażjoni tal-festi ta' Santa Marija. Huwa ser jippresjedi ċ-ċelebrazzjonijiet li ser isiru fil-Knisja Parrokkjali tal-Mosta.
Il-Patrijarka Sabbah twieled f'Nażaret fid-19 ta' Marzu 1933. Ġie ordnat saċerdot fid-29 ta' Ġunju 1955 u kien ordnat Isqof mill-Papa Ġwanni Pawlu II. Sabbah hu l-ewwel Patrijarka Għarbi u l-ġurisdizzjoni tiegħu tkopri wkoll il-Palestina, il-Ġordanja, u Ċipru.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN