Left arrow Mur Lura

ATTIVITA' KULTURALI FIL-BELT VALLETTA

PR1107
Date Icon 14/08/2002

L-Agent Prim Ministru u Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea żar il-wirja ta' l-arti li qed tiġi imtella’ fis-sit tat-teatru l-imwaqqa’. L-esibizzjoni tifforma parti mill-programm ta' attivitajiet kulturali "Iljieli Mediterranji". Il-Ministru kien akkumpanjat mis-Sur Joseph F.X Zahra President, u Dr. Paul Mifsud, Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti.

L-"Iljieli Mediterranji" ilhom isiru mill-1988 u din is-sena qed issir l-14-il edizzjoni, madankollu, il-parti li tittratta l-arti viżiva ilha ssir għal dawn l-aħħar 10 snin. Il-wirja ta' arti viżiva kienet issir fis-sala Robert Samut fil-Furjana u għal dawn l-aħħar tlett snin saret fis-sit tat-teatru l-imwaqqa’ fil-Belt Valletta. Il-wirja ta' din is-sena tinvolvi spektrum sħiħ ta' artisiti minn żgħażagħ li għadhom jibdew għal persuni magħrufa f'dan il-qasam. F'din l-esibizzjoni qed jipparteċipaw 56 artist. L-esibiti jinkludu arti spontanja, installazzjonijiet, skulturi, ċeramika u xi kwadri. Il-wirja hi maħsuba partikolarment biex tagħti spażju għall-esperimentazzjoni mill-artisti li jieħdu sehem.

Il-Ministru feraħ lill-organizzaturi ta' l-attivitajiet kulturali "Iljieli Mediterranji" għall-kontribut tagħhom favur ħidma ta' kwalità fil-kultura u l-arti. Hu awgura li kif dejjem sar, dawn l-attivitajiet ikomplu jinfirxu biex jilħqu aktar Maltin kif ukoll barranin li jkunu qed iżuruna f'dawn iż-żminijiet.

Il-Ministru irrefera għall-Kunsill li għadu kemm twaqqaf u qal li dan il-Kunsill għandu jkun xprun biex jitkattru u jitjiebu l-attivitajiet kulturali f'pajjiżna. Fost affarijiet oħra, il-Kunsill ser ikun obbligat li jiġbor u jippublika kalendarju kulturali li jkun fih l-avvenimenti kulturali u artistiċi kollha li jkunu previsti li jsiru f'pajjiżna. Hu mistenni li l-ewwel kalendarju kulturali ikun lest sa l-aħħar ta' din is-sena u jkun fih l-attivitajiet kollha tas-sena d-dieħla. Il-Ministru tenna li b'hekk il-Kunsill ikun qed jinkoraġġixxi u jippromwovi l-attivitajiet kulturali minn kull persuna jew għaqda li trid ittella’ xogħol kulturali jew artistiku.

Impenn ieħor tal-Kunsill se jkun li jorganizza forum kulturali kull sentejn fejn il-poplu jiġi mistieden jattendi u jesprimi l-opinjoni, ix-xewqat u l-ħolm tiegħu dwar il-kultura u l-arti f'pajjiżna. Hu dmir tal-Gvern li jagħmel mill-Arti u mill-Kultura wirt popolari li jgawdi minnu kulħadd.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow