TIĠDID TAL-KARTI TA’ L-IDENTITÀ - GĦAXAQ
Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tiġdid tal-Karti ta’ l-Identità fil-lokalità ta’ Għaxaq minn nhar il-Erbgħa 4 sa nhar il-Erbgħa 11 ta’ Settembru, 2002. Ma jsirx tiġdid nhar il-Ħadd 8 ta’ Settembru. F’dan il-perjodu ma jkunx jista’ jsir tiġdid għar-residenti ta’ Għaxaq fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identità l-Belt Valletta.
Għandha tiġi ppreżentata l-Karta ta’ l-Identita’ preżenti kif ukoll il-formola tat-tiġdid bl-informazzjoni mitluba, li qegħda tiġi mibgħuta lil kull min għandu jġedded l-Karta ta’ l-Identità. Il-ħinijiet li fihom isir it-tiġdid ser ikunu: fost il-ġimgħa bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibt mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.
Aktar dettalji dwar it-tiġdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li qegħdin jintbagħtu bil-posta mal-formola tat-tiġdid.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN