Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI

PR1105
Date Icon 14/08/2002

B’ referenza għall-istqarrija tal-bieraħ mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk, il-fatti huma dawn:

Il-Gvern f’dawn l-aħħar jiem irċieva lmenti mingħand numru ta’ sajjieda li l-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk kien qed jesieġi minnhom noll ta’ Lm10 kuljum talli jserrħu l-knaten fuq il-moll ta’ Marsaxlokk biex imbagħad jużawhom għas-sajd. Is-sajjieda kienu jagħmlu dan kull sena u qatt ma kienu jeħtieġu xi permess jew noll.

Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk impona din it-taxxa bl-iskuża li l-Gvern għadda f’idejn il-Kunsilli Lokali l-ħruġ tal-permessi temporanji li qabel kienet toħroġ il-Pulizija. Ir-rata li improvizza l-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk imbagħad traħħset minn improvizzazzjoni oħra ta’ l-istess Kunsill li ried jidher ħanin mas-sajjieda.

Fuq l-ilmenti tas-sajjieda, il-Gvern ġibed l-attenzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk li l-Pulizija ma kienux jesieġu permessi għall-knaten tas-sajjieda u għalhekk ma kienu jżommu ebda noll. Il-Gvern ġibed l-attenzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk ukoll li ebda Kunsill Lokali ieħor li fil-lokalità tiegħu hemm attività ta’ sajd u li fiha jsir l-istess depożitu temporanju ta’ knaten ma żamm xi noll.

Minkejja dan il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk insista, bil-miktub, li kif jifhem il-liġi hu, għandu kull dritt li jimponi dan in-noll.

Il-Gvern wieġeb li hu ċar li r-Regolamenti li kien qed jirreferi għalihom il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk (Regolamenti ta’ l-2002 dwar Attivitajiet li Jeħtieġu Permess mill-Kunsill Lokali) m’humiex maħsuba u ma jistgħux jinftiehmu li huma maħsuba għal din iċ-ċirkostanza.

Minħabba l-insistenza tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk li minn jeddu jinterpreta l-liġi biex jimponi taxxa fuq is-sajjieda, il-Gvern qed jemenda r-Regolamenti msemmijja biex jagħmilha aktar ċara milli hemm bżonn li r-Regolamenti ma japplikawx f’mollijiet jew żoni oħra pubbliċi ma’ xatt il-baħar meta dawn ikunu qed jiġu wżati minn sajjieda reġistrati għall-użu tas-sajd u, jew għall-manutenzjoni temporanja jew urġenti ta’ opri tal-baħar li jkollhom liċenza mill-awtorità kompetenti għal skopijiet ta’ sajd.

Ma jitwemminx kif il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk l-ewwel introduċa taxxa minn rajħ, wara raħħasha, u imbagħad waħħal fil-Gvern li ġiegħlu jagħmilha.

Kopja tal-korrispondenza msemmija hawn fuq issegwi ma’ din l-istqarrija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow