STQARRIJA MID-DIVIZJONI TAS-SAHHA
L-istaff fid-Dipartiment ta’ l-Emergenza ta’ l-Isptar San Luqa kien infurmat li mara tqila kellha diffikulta` medika. Intalbet informazzjoni lill-persuna li kienet cemplet izda din l-informazzjoni ma nghatatx. Dan ghamilha impossibli li ambulanza tasal sabiex taghti l-ghajnuna mehtiega.
Il-pazjenta twasslet direttament fil-Labour Ward minn qraba fuq ghazla personali u kuntrarju ghal dak li kien gie suggerit mill-istaff tad-Dipartiment ta’ l-Emergenza ta’ l-Isptar.
L-istaff fil-Labour Ward kienu nfurmati bit-twelid ta’ tarbija u li din it-tarbija kienet thalliet id-dar mill-qraba tal-pazjenta stess. Intbaghtet ambulanza fuq il-post u nstab li fit-toilet kien hemm massa u ticpis ta’ demm. Issejjah it-tabib tac-Centru tas-Sahha tal-lokal, li ccertifika l-massa bhala tarbija mejta. F’dan il-mument l-istaff tad-Divizjoni tas-Sahha nforma l-Pulizija.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN