Left arrow Go Back

MIŻURI FAVUR IR-RIĊIKLAR U L-UŻU MILL-ĠDID TA’ L-ISKART

PR1099
Date Icon 13/08/2002

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Francis Zammit Dimech qal li Proġett Skart jaħseb li tingħata aktar prominenza lill-immaniġġjar ta’ l-iskart f’kurrikula u programmi edukattivi. Huwa qal dan meta dalgħodu żar il-Marsa Scouts Group waqt l-kamp annwali tagħhom f’Marsaxlokk

Francis Zammit Dimech qal li anke jekk Proġett Skart ilu li kien imniedi biss ftit xhur din il-miżura diġà qed tingħata l-importanza li jixirqilha. Hu qal li fl-ewwel rapport li sar minn Proġett Skart, u li kien ppreżentat nhar is-Sibt 3 ta’ Awissu, tħabbar li qed isiru diskussjonijiet kontinwi mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada biex jitwaqqfu faċilitajiet għall-immaniġġjar ta’ l-iskart fi skejjel li jkunu refurbished. Fl-istess waqt twaqqfet task force edukattiva u nħadem pjan għal edukazzjoni fl-immaniġġjar ta’ l-iskart. Il-pjan jinkludi

  • tliet pakketti edukattivi tematiċi għall-għalliema ta’ skejjel primarji u sekondarji,
  • sett ta’ tlieta/erba’ lezzjonijiet għal numru ta’ suġġetti,
  • il-ħtieġa li l-esperjenzi miksuba mill-pakketti edukattivi tkun ta’ ghajnuna diretta lill-istudenti li jippartecipaw,
  • linji gwida dwar policies ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart fl-iskejjel,
  • website biex ikunu mgħejjuna l-għalliema jimplimentaw il-pakketti edukattivi.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-poplu Malti qiegħed kulma jmur isir aktar konxju mill-immaniġġjar ta’ l-iskart għax jifhem li jekk l-iskart solidu kif ukoll dak likwidu ikunu immaniġġjati aħjar l-ambjent li jgħix fih ikun wieħed isbaħ u aktar f’saħħtu. Francis Zammit Diemch qal li dan kienet qed tifhmu b’mod partikolari l-ġenerazzjoni żagħżugħa u kien għalhekk ta’ pjaċir għalih jinnota li t-tema li għażlu l-Marsa Scout Group għall-kamp annwali tagħhom kienet ambjent isbaħ - ħajja aħjar, tema li kienet tinkludi taħriġ fl-għażla ta’ l-iskart.

Dr. Zammit Dimech qal li l-għażla ta’ l-iskart hi pern importanti ta’ Proġett Skart. Qal li permezz tal-għażla ta’ l-iskart seta’ jsir aħjar l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ l-iskart. Il-Ministru Zammit Dimech fakkar li l-Ministeru tiegħu kien diġà qed jieħu diversi miżuri biex inaqqas l-iskart, jużah mill-ġdid taħt forma ta’ kompost u jiġbor u jesporta skart għar-riċiklaġġ.

Il-Ministru qal li matul is-sena li għaddiet id-Dipartiment għall-Immaniġġjar ta’ l-Iskart u l-Implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura kien ħa diversi miżuri biex jinġabar skart separat għar-riċiklaġġ. Dan l-iskart inġabar minn dipartimenti tal-Gvern, azjendi pubbliċi u Kunsilli Lokali. Hu ħabbar li bejn Settembru 2001 u Ġunju ta’ din is-sena kienu inġabru minn dan id-dipartiment 460 tunnellata ta’ karta u 33 tunnellata ta’ kartun li ġew riċiklati lokalment. Fl-istess waqt inġabru madwar tmien tunnellati ta’ ħġieġ, landa u plastik mill-iskips għal-iskart separat li tpoġġew f’Pembroke u Marsaskala. Matul is-sena li għaddiet ammonti ta’ karta bdew jiġu xxreddjati biex ikunu użati għal skop agrikolu.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li din is-sena ukoll nbdiet skema għall-provediment ta’ recycling banks għall-ħġieġ u l-metall f’postijiet frekwentati minn ħafna nies. Fix-xitwa dawn il-postijiet kienu jinkludu ta’ Qali, Kennedy Grove, Marsaxlokk u tas-Sliema. Fis-sajf ir-recycling bankskienu ntrodotti fuq xtut popolari bħal Għajn Tuffieħa, l-Għadira, Marsaxlokk u l-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa.

Dr. Francis Zammit Dimech qal li aktar minn 80 fil-mija ta’ l-iskart hu dak li jiġi mill-industrja tal-kostruzzjoni u t-twaqqigħ ta’ bini. Il-Ministru Zammit Dimech qal li biex jitnaqqas minn dan l-iskart tkompla jitħaddem makkinarju li jkisser u jfarrak it-terrapien f’daqsijiet żgħar biex jintuża għal skopijiet ta’ riċiklaġġ fl-industrja tal-kostruzzjoni kif ukoll fit-twittija tal-lantijiet. Hu qal li madwar 81,320 tunnellata ta’ skart mill-kostruzzjoni ġew ittrattati b’dan il-mod. Il-Ministru Zammit Dimech fakkar li kwantità konsiderevoli minn dan l-iskart intuża f’xogħlijiet ta’ toroq filwaqt li kwantitajiet oħra tħalltu mall-kompost biex intuża flok ħamrija.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li Proġett Skart għadu kif beda proċess fis-Swieqi fejn l-iskart qed ikun magħżul qabel ma jinħareġ biex jinġabar. Hu qal li kien hemm koperazzjoni mir-residenti li kien qed ikun spejgat lilhom individwalment kif taħdem is-sistema, qed jingħatalhom bin u boroż apposta. Is-sistema se tinfirex għal Santa Lucia u għal aktar lokalitajiet matul is-sena.

Dr. Zammit Dimech qal li m’hemmx dubju li l-istrateġija għall-immaniġġjar ta’ l-iskart solidu qabdet ritmu tajjeb, qed tiftiehem mill-poplu u qed titħaddem. Hu qal li dak li qed jagħmel il-Gvern hu għall-ġid ta’ kulħadd. Hu biex ikollna ambjent aħjar fejn kulħadd ikun jista’ jgħix aħjar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow