Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI GHALL-AMMINISTRAZZJONI TAL-GUSTIZZJA

PR1098
Date Icon 12/08/2002

Fis-seduta mizmuma mill-Kummissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-Gustizzja nhar l-Erbgha 7 ta’ Awissu 2002, wara li gew itrattati punti ohra, il-Kummissjoni hatret lill-Imhallef Dott J.D. Camilleri bhala Agent Vici President taghha.  

Quddiem il-Kummissjoni, il-President ta’ Malta pprezenta l-mozzjoni li l-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppozizzjoni kienu ressqu fil-Parlament dwar it-tnehhija tal-Prim Imhallef Dott Noel V. Arrigo u l-Imhallef Dott Patrick Vella. 

Il-President ta’ Malta ddikjara li ma kienx se jiehu sehem fl-investigazzjoni mitluba mill-istess mozzjoni.  

Fis-seduta ta’ llum, it-Tnejn 12 ta’ Awissu 2002, l-Agent President tal-Kummissjoni gharraf lill-istess Kummissjoni li, l-President ta’ Malta kien ghaddielu ittra ta’ rizenja mressqa quddiemu mill-Prim Imhallef Dott. Noel V. Arrigo, liema rizenja giet minnu accettata. 

Giet ukoll mghoddija l-ittra ta’ rizenja mressqa aktar kmieni llum stess mill-Imhallef Dott. Patrick Vella lill-President ta’ Malta, liema rizenja giet similment accettata. 

Lill-Kummissjoni nghaddietilha ukoll kopja tal-istqarrija ghall-istampa mahruga aktar kmieni llum mill-Ufficcju tal-President ta’ Malta.

In vista ta’ dawn l-izviluppi, l-Kummissjoni tastjeni milli tiehu konjizzjoni ulterjuri tal-mozzjoni ghat-tnehhija ta’ l-Imhallfin imsemmija, billi z-zewg Imhallfin m’ghadhomx issa jokkupaw il-kariga rispettiva taghhom. L-Awtorita’ kompetenti giet mgharrfa b’dan mill-Kummissjoni.  

Wara dan, il-President ta’ Malta, beda mill-gdid jippresjedi l-laqgha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow