XOGHLIJIET FL-ISKOLA SIR ADRIAN DINGLI MEXJIN B'RITMU TAJJEB HAFNA
L-Agent Prim Ministru u Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea zar ix-xoghlijiet li qed isiru fl-iskola Sir Adrian Dingli f'Pembroke, wiehed mill-progetti ewlenin tal-Fondazzjoni ghall-Iskejjel ta' Ghada. Fl-ewwel fazi tal-progett qed isir investiment ta' madwar Lm 600,000 fuq Blokk A u Lm 200,000 fuq il-Blokk Centrali. Meta tkun lesta kompletament, fl-iskola Sir Adrian Dingli se jkun sar investiment ta' aktar minn Lm 2 miljuni.
L-iskola Sir Adrian Dingli inbniet originarjament bhala sptar militari u eventwalment inbidlet fi skola. Sa minn meta bdiet topera, il-Fondazzjoni ghall-iSkejjel ta' Ghada bdiet tahdem fuq pjan accellerat biex fi zmien sentejn l-iskola kollha tigi modernizzata biex tilhaq l-istandards gholjin li qed ipoggi quddiemna l-Kurrikulu Nazzjonali. Fl-ewwel sena tal-progett il-Fondazzjoni tefghet l-enfasi taghha fuq il-facilitajiet li l-izjed li kellhom bzonn it-tfal kif ukoll l-ghalliema u l-istaff kollu ta' l-iskola, jigifieri l-klassijiet. Inghalaq blokk shih u t-tfal li kienu jattendu l-iskola f'dan il-blokk bdew jattendu fi skola ohra li giet modernizzata ricentament f'tas-Sliema. Sadattant tul din is-sena skolastika bdew ix-xoghlijiet biex l-ewwel blokk ta' din l-iskola jitlesta kompletament sa Ottubru li gej meta jidhlu fih l-ewwel studenti. F'Ottubru wkoll ser tibda t-tieni fazi tal-progett u se jinghalaq it-tieni blokk u sa Ottubru 2003 hu mistenni li jkun tlesta x-xoghol fuq iz-zewg blokki kif ukoll il-blokk centrali.
Il-progett kollu f'din l-iskola jinvolvi xoghol fuq Blokk A, xoghol fuq Blokk B, xoghol fuq il-Blokk Centrali u t-tisbieh tal-facilitajiet rikreattivi ta' l-iskola.
Fil-blokk fejn sar ix-xoghol il-klassijiet kollha gew alterati strutturalment biex kull klassi issa hi ta' 62 metri kwadri u kull klassi ghadha wkoll Resource Room li tintuza skond il-bzonnijiet ta' kull klassi. Il-klassijiet qed jigu modernizzati kompletament, kull klassi se jkollha: aperturi ta' l-aluminjum godda bil-hgieg doppju ghall-konservazzjoni ta' l-energija u biex jitnaqqas l-istorbju; art gdida; sistema gdida ta' dawl, ilma u network ghall-kompjuters; suffett li filwaqt li jtejjeb l-akustika fil-klassijiet jintuza biex minn fuqhu jghaddu servizzi kollha inkluzi dawk ta' kontra n-nirien, ghall-fannijiet u dawl adegwat; bibien interni godda ta' l-injam; imwejjed u siggijiet resawrati; whiteboards u numru ta' notice boards; intercom mac-centru ta' l-iskola u public address system; u apparat iehor inkluz dak awdjoviziv, skond il-bzonnijiet ta' kull klassi.
Meta tkun lesta, il-facilitajiet ta' l-iskola se jinkludu aktar minn 50 klassi kull wahda bir-Resource Room taghha, seba' laboratorji tax-xjenza, laboratorji tat-teknologija, laboratorji tal-Home Economics, laboratorji tal-Kompjuter, klassijiet ghall-Arti, ghall-Business Studies u ghall-Environmental Studies u diversi klassijiet specjalizzati ohra.
Fil-Blokk Centrali, bhalissa ghaddej ix-xoghol biex ikun hemm l-ufficcji u l-facilitajiet mehtiega ghall-amministrazzjoni ta' l-iskola kif ukoll facilitajiet ghall-ghalliema u l-istaff.
L-iskola kollha se tkun kompletament konformi mal-linji ta' gwida tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni skond il-htigijiet tal-Kurrikulu Nazzjonali, mal-linji ta' gwida dwar l-accessibilita' u mal-linji ta' gwida dwar is-sigurta'.
Biex tkun aktar accessibbli, partikolarment ghall-persuni b'disabilita', l-iskola se jkollha lifts f'kull blokk; kmamar apposta b'facilitajiet sanitarji kemm ghall-istudenti kif ukoll ghall-istaff; biebien bil-hgieg apposta; mankijiet tal-bibien, plakek u switches li jistghu jintuzaw minn kulhadd anke persuna fuq siggu bir-roti; bibien wiesgha ecc.
Sadattant fil-blokk l-iehor fil-bidu tas-sena skolastika li ghaddiet sar xoghol ta' tikhil u tibjid b'mod li anke temporanjament l-istudenti li qattghu sena f'dan il-blokk ikollhom ambjent ahjar.
Waqt iz-zjara, il-Ministru fahhar ix-xoghol siewi li qed twettaq il-Fondazzjoni f'din l-iskola u qal li dan hu l-livell ta' kwalita' li rridu niksbu f'kull skola ta' l-Istat fis-snin li gejjin. Il-Ministru zied ukoll kif il-Fondazzjoni qed turi b'mod mill-izjed car kif qed jirnexxielha twettaq progetti bhal ta' din l-iskola, fi zmien anqas, b'efficjenza akbar u qed toffri prodott ferm itjeb b'facilitajiet superjuri, u fl-istess hin qed tikkontrolla ahjar il-fondi pubblici li jintefqu fuq dawn il-progetti. Il-Ministru qal li meta jara x-xoghol li qed isir mill-Fondazzjoni jistghageb kif l-Oppozizzjoni Laburista ghadha qed issostni li jekk tkun fil-Gvern ixxolji l-Fondazzjoni u tmur lura ghas-sistema dipartimentali.
Hu tajjeb li wiehed jinnota li kwazi x-xoghol kollu li sar fl-ewwel fazi tal-progett sar minn impjegati tal-Gvern jew minn impjegati ta' entitajiet pubblici. Il-Ministru fahhar b'mod partikolari x-xoghol ta' kwalita' li wettqu u li qeghdin iwettqu l-haddiema tat-taqsima tas-servizzi teknici tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni stess, li hadu hsieb ix-xoghol strutturali, kwazi kollu, kif ukoll il-haddiema tal-Marsa Shipbuilding, tal-Kalaxlokk, tal-Kooperattiva ta' l-injam u tal-Kooperattiva ta' l-aluminjum. Il-Ministru fahhar ukoll ix-xoghol ta' project management li sar, u qed isir mill-Fondazzjoni.
Louis Galea qal ukoll li l-Fondazzjoni qed iddahhal ukoll kuncett importanti fix-xoghlijiet li qed isir fl-iskejjel, il-kuncett tar-riciklagg. Il-Fondazzjoni rat li kemm jista jkun ma tiggenerax skart zejjed u bla bzonn, kemm ghal ragunijiet ambjentali kif ukoll ghax finanzjarjament tista tiggwadanja. Ezempju car hu x-xoghol li qed isir biex is-siggijiet u l-imwejjed tal-klassijiet jigu restawrati u fil-fatt bi ftit flus jigu qishom godda. Ezempju iehor hi d-decizjoni li hadet il-Fondazzjoni biex izzomm, ittejjeb u tuza poggamani ezistenti taz-zewg trombi tat-tarag ta' gewwa kif ukoll izzomm persjani u twieqi ta' l-injam biex jergghu jintuzaw flok jintremew kif hafna drabi sar s'issa.
Il-Ministru temm jirringrazzja lill-kap ta' l-iskola Ms. Mary Lynn Sciortino u lill-istaff kollu ta' l-iskola b'mod partikolari lill-istaff li marru fl-iskola ta' tas-Sliema ghall-kooperazzjoni li qed juru f'dawn iz-zminijiet waqt li qed isir x-xoghol.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN