Left arrow Go Back

Zewg zghazagh ser jirraprezentaw lil Malta fl-IOI competition li ser issir fil-Koreja

PR1087
Date Icon 08/08/2002

Ghandna fiducja li minn pajjizna naghmlu centru ta’ eccellenza fil-qasam ta’ l-Informatika. Dan ghax il-Gvern jemmen fil-hila u l-kapacitajiet tal-Maltin u l-Ghawdxin. Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt, meta llum ppresieda l-presentazzjoni ta’ certifikati lill-partecipanti kif ukoll lir-rebbieha tal-kompetizzjoni li saret Malta biex jintaghzel min ser jirrapprezenta lil Malta fl-Olimpjadi tal-Informatika li ser isiru l-Koreja.

Dr. Austin Gatt, sostna li ghandu fiducja li iz-zghazagh li ser jipparteicpaw f’ din il-kompetizzjoni ser jkunu l-leaders ta’ ghada f’ dan is-settur li qed jevolvi b’mod imghaggel. Il-Gvern qed jahdem biex l-edukazzjoni, apparti li tiffoka fuq il-formazzjoni teoretika, thares ukoll lejn dak li jehtieg is-suq. Ghal dan il-ghan qed qed isiru laqghat b’ mod strutturat f’ forum li jinvolvi kemm lil min ihaddem kif ukoll lill-qasam edukattiv

Dr. Austin Gatt fahhar il-hidma u r-rwol tal-kummissjoni eMalta li tul il-perjodu li ilha topera irnexxiela tlaqqgha flimkien diversi setturi li fl-imghoddi kien difficli li jahdmu flimkien.

Malta se tergha’ tippartecipa f’din il-kompetizzjoni wara li kienet waqfet taghmel dan fl-1998. Il-partecipanti ser ikunu r-rebbieh tal-kompetizzjoni, Joel Azzopardi, li gie fl-ewwel post u Christian Colombo li gie fit-tieni post. Il-kompetizzjoni lokali saret nhar il-21 ta’ Gunju 2002.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow