Studenti tal-Junior College jipparteċipaw fil-Finali Ewropej tal-Young Enterprise f'Pariġi
Mixables, kumpannija tal-Young Enterprise mill-Junior College li rebbħet it-titlu Young Enterprise Company of the Year, sponsorjata mill-HSBC, illum se jmorru fi Franza fejn se jieħdu sehem fil-finali Ewropeja tal-Young Enterprise.
Meta kienet qed titkellem matul konferenza ta’ l-aħbarijiet qabel it-tluq, Marisha Bonnici, id-Direttur Manigerjali ta’ Mixables spjegat l-esperjenzi tal-kumpannija tagħha matul dawn l-aħħar disa’ xhur. Claire Bugeja, Kap Eżekuttiv tal-Young Enterprise tkellmet dwar il-kompetizzjoni Ewropeja u żiedet tgħid li kumpanniji Maltin rebħu t-titlu European Company of the Year fi tlett okkazjonijiet f’dawn l-aħħar 10 snin u f’okkażjoni oħra, kumpannija Maltija kisbet ukoll it-tielet post.
Bugeja qalet ukoll li l-Young Enterprise għandha rwol importanti ħafna fil-futur ekonomiku ta’ Malta, minħabba l-fatt li tipprovdi sors effettiv ta’ persuni li għandhom it-talent li jmexxu intrapriża. Dan il-programm għandu l-għan li jagħti esperjenza prattika dwar kif wieħed jista’ jiżviluppa n-negozju tiegħu. Din hija attivita’ li għandha l-għan li tispira u teduka liż-żgħażagħ sabiex jifmhu u jagħtu valur lir-rwol tan-negozju permezz ta’ proġetti prattiċi.
Peress li jmexxu l-intrpriża tagħhom f’sitwazzjoni reali, l-istudenti għandhom l-opportunita’ sabiex jitgħallmu dwar l-idejat tagħhom, it-talent u l-abbilta’ tagħhom sabiex jiffaċċjaw sitwazzjonijiet ġodda u diffiċli. Dawk li jiksbu suċċess jiżviluppaw ukoll l-abbilta’ sabiex jikomunikaw u jorganizaw.
Wieħed jista’ jgħid li ma hemm l-ebda mudell aħjar tal-kunċett "Learning-By-Doing", mill-iskema tal-Young Enterprise li permezz tagħha l-istudenti jakkwistaw numru ta’ lifeskills u livell għoli ta’ kompetenza fit-tmexxija ta’ intrapriza f’perjodu ta’ ftit xhur.
Il-Maniger tar-Realzzjonijet Pubbliċi ta’ l-HSBC u ċ-Chairman tal-Kumitat ta’ l-Għażla ta’ l-HSBC Young Enterprise Company of the Year, Josef Camilleri, awgura li l-Mixables jiksbu suċċess fi Franza. Huwa qal, "L-HSBC huwa sodisfatt ħafna li qed jisponsorja din l-inizzjattiva li se tgħin lill-istudenti fir-rwoli tagħhom fil-futur."
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Dr Louis Galea, faħħar lit-tim tal-kumpannija Mixables għall-ħiliet, l-ispontanjeta, l-immaġinazzjoni u l-impenn tagħhom. Huwa qal li jemmen li l-esperjenza miksuba mill-attivitajiet tal-Young Enterprise hija ta’ benefiċċju għaż-żgħażagħ u tikkumplimenta l-edukazzjoni formali ta' l-istudenti. Il-Ministru tenna li l-kunċett tal-'Learning by Doing' jiġifieri li l-istudenti jitgħallmu aktar meta jipprattikaw dak li jitgħallmu, iddaħħal fil-Kurrikulu Nazzjonali biex l-edukazzjoni issir dejjem aktar relevanti għall-ħajja. Il-Ministru temm jgħid li l-programm tal-Young Enterprise joffri taħriġ li l-istudenti mingħajr dubju se jkollhom bżonn jużaw fil-futur.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN