Left arrow Mur Lura

Programm ta' xogħlijiet biex jissebbħu l-Iskejjel ta' l-Istat

PR1084
Date Icon 07/08/2002

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea żar l-iskejjel primarji u l-iskola sekondarja ta' Ħaż-Żebbuġ kif ukoll il-Liċeo tal-Bniet Maria Reġina ta' Blata l-Bajda, fejn matul ix-xhur tas-sajf qed issir ħidma intensiva biex l-ambjenti ta' l-iskejjel jissebbħu u jkunu aktar attraenti għat-tfal u l-għalliema li jattenduhom.

Ix-xogħlijiet li qed isiru f'dawn l-iskejjel huma parti mill-programm tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (Foundation for Tomorrow's Schools) biex jittejjeb l-ambjent ta' l-iskejjel. F'dan il-programm qed isiru xogħlijiet fuq 38 skola, li jinkludu:

Skola Primarja C - Gudja

Skola Primarja A - Żurrieq

Skola Primarja A - Zabbar

Skola Primarja B - Żurrieq

Skola Primarja B - Zabbar

Skola Primarja A - San Gwann

Skola Primarja C - Qrendi

Skola Primarja B - San Gwann

Skola Primarja Qormi SG A

Skola Primarja A - B'Kara

Skola Primarja Qormi SG B

Skola Primarja B - B'Kara

Skola Primarja - Mosta

Skola Primarja C - Naxxar

Skola Primarja A - Raħal il-Ġdid

Skola Primarja C - San Giljan

Skola Primarja B - Raħal il-Ġdid

Skola Primarja C - Marsaxlokk

Skola Primarja A - Sta Venera

Liċeo tal-Bniet Maria Regina Blata l-Bajda

Skola Primarja A - Sta Venera

Liċeo tas-Subien San Ġużepp - Kordin

Skola Primarja A - Zebbuġ

Liċeo tas-Subien - Ħandaq

Skola Primarja B - Zebbuġ

Liċeo tas-Subien - Verdala

Skola Primarja C - Marsaskala

Liċeo tas-Subien - Ħamrun

Skola Primarja A - Birżebbuġia

Skola Sekondarja - St. Andrews

Skola Primarja B - Birżebbuġia

Skola Sekondarja - Paola

Skola Primarja C - Floriana

Skola Sekondarja - Bormla

Skola Primarja C - Tarxien

Skola Sekondarja - Sta Venera

Skola Primarja C - Valletta

Skola Sekondarja - Żebbuġ

Il-Programm ta' tisbieħ ta' l-ambjenti ta' l-iskejjel hu wieħed minn tliet programmi li nediet il-Fondazzjoni din is-sena. Il-Programmi l-oħra ikopru xogħlijiet biex jittejjbu l-faċilitajiet rikreattivi tat-tfal, u programm biex l-iskejjel isiru dejjem aktar aċċessibbli.

Minbarra dawn ix-xogħlijiet, il-Fondazzjoni qed tagħmel ukoll xogħol ta' tibdil ta' l-aperturi, bdil ta' soqfa, tisħiħ, u tas-sistemi elettriċi f'aktar minn 20 skola.

Waqt iż-żjara tiegħu, il-Ministru qal li bix-xogħol li qed twettaq, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada, qed turi kemm kellu raġun il-Gvern li joħloq struttura ġdida biex jimplimeta l-programm aċċellerat ta' bini, immodernizzar u manutenzjoni ta' l-Iskejjel ta' l-Istat. Il-Ministru qal li x-xogħlijiet li qed isiru fl-iskejjel qegħdin verament isebbħu l-ambjenti u jagħmlu l-iskejjel ta' l-istat ambjent li aktar jattira lit-tfal u l-istudenti.

Fl-iskejjel primarji ta' Ħaż-Żebbuġ sar xogħol fuq il-klassijiet, l-uffiċċji amministrattivi u l-kuriduri kollha ta' l-iskola. Dan ix-xogħol 90% lest u diġa’ beda x-xogħol ta' tindif biex l-iskola tkun lesta ħalli tilqa' lit-tfal f'Settembru li ġej. Fl-iskola Sekondarja taż-Żebbuġ qed isir xogħol ta’ tibjid u tikħil fil-klassijiet. Barra minn dan ix-xogħol, il-Fondazzjoni qed tħejji proġett li għandu jwassal għal deċiżjonijiet dwar l-iskola sekondarja fejn hu maħsub li jinstab sit alternattiv għaliha biex l-ispazju kollu f'dan il-kumpless jintuża għall-Kindergarten u l-iskejjel primarji tal-lokal. F'dan il-proġett qed issir analiżi tal-faċċati ta' l-iskejjel biex dawn jiġu restawrati u riabilitati.

Fil-Liċeo tal-Bniet Maria Reġina sar xogħol simili ta' tibjid u tikħil kif ukoll inżebgħu l-aperturi, is-siġġijiet u l-bankijiet. F'din l-iskola diġa’ tlesta wieħed mill-blokki u x-xogħol fuq il-blokki l-oħra miexi b'ritmu mgħaġġel biex dalwaqt l-iskola tintuża għar-resits li jsiru f'Settembru.

Il-Ministru temm igħid li l-programm aċċellerat ta' xogħlijiet li nbeda permezz tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada, qed isir biex jintaħqu uħud mill-miri tal-Kurrikulu Nazzjonali li fih innifsu jimmira li filwaqt li jpoġġi lit-tfal fiċ-ċentru ta' l-esperjenza edukattiva, itejjeb il-livelli ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna u jkompli jgħolli l-kwalita’. Il-Ministru qal li bix-xogħol li qed jitwettaq, ulied il-poplu qed igawdu livell ta' għixien ogħla.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow