STQARRIJA MID-DIVIZJONI TAS-SAHHA
Id-Divizjoni tas-Sahha tichad illi l-inkjesta interna dwar il-mewt tat-tfajla Norvegiza nbdiet fuq suggerimenti ta’ l-Oppozizzjoni jew ghax dehru xi rapporti fl-istampa. Hija prassi li f’certi kazi, minbarra l-inkjesta magisterjali, issir inkjesta interna sabiex jigu ccarati fatti u proceduri ta’ natura klinika u amministrattiva.
Id-Divizjoni tas-Sahha tippretendi minn kulhadd attitudni etika, korretta u prudenti li kazijiet bhal dawn jitolbu. Facli li ssir hsara ghar-reputazzjoni tajba, li jgawdi f’livell internazzjonali, is-servizz tas-sahha f’pajjizna, meta jsiru kummenti ibbazati fuq informazzjoni skoretta jew mhux kompluta. Id-Divizjoni tas-Sahha ghandha f’idejha l-fatti kollha tal-kaz tat-tfajla Norvegiza. B’sens ta’ responsabbilta` u minkejja li "prima facie" jidher li l-istaff mediku agixxa b’mod korrett mil-lât ta’ dijanjosi u trattament mediku, id-Divizjoni tas-Sahha taghzel li tibqa’ prudenti u ma tigbidx konkluzzjonijiet definittivi sakemm ikollha r-rapporti finali kemm ta’ l-inkjesta magisterjali kif ukoll ta’ l-inkjesta interna.
Id-Divizjoni tas-Sahha ghandha fiducja shiha fl-istaff taghha u ma tiddejjaq xejn li tkun suggetta ghal skrutinju pubbliku sakemm dan ikun oggettiv, serju u professjonali izda fl-istess hin hieles minn mottivi ulterjuri jew ta’ sensazzjonalizmu.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN