STQARRIJA MID-DIVIZJONI TAS-SAHHA
PR1082
07/08/2002
Id-Divizjoni tas-Sahha tirreferi ghal artikli u rapporti li dehru f’xi media lokali li pazjenta mietet wara li waqa’ sett tat-televizjoni fuq rasha.
Huwa kkonfermat li l-pazjenta koncernata nghatat il-kura mehtiega wara li sofriet griehi fl-incident imsemmi. Mill-istharrig intern li ghamlet l-amministrazzjoni ta’ l-isptar San Luqa, kif ukoll mill-awtopsja li saret dalghodu, jirrizulta li l-kawza tal-mewt kienet wahda naturali u li ma kellha x’taqsam xejn mal-griehi li sofriet minhabba l-incident imsemmi. Fil-fatt hemm il-permess tal-Qorti sabiex il-pazjenta tista’ tindifen.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN