Left arrow Go Back

Kitba għaż-żerriegħa tal-patata Alpha

PR1081
Date Icon 07/08/2002

Id-Direttur Ġenerali tat-Taqsima tas-Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali jgħarraf lill-bdiewa u lill-kooperattivi tal-bdiewa li l-kitba għaż-żerriegħa tal-patata Alpha se ssir bejn nhar it-Tnejn, 12 ta’ Awissu, u l-Ġimgħa 23 ta’ Awissu.

Ir-reġistrazzjoni se ssir mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00 a.m. u nofs inhar fl-Uffiċċju tal-Pitkalija f’Ta’ Qali u fl-Uffiċċju tal-Pitkalija f’Victoria , Għawdex. Ir-reġistrazzjoni tista’ ssir ukoll għand il-kooperattivi tal-bdiewa. F’każ li l-kitba f’isem il-bdiewa ssir mis-sensara, dawn għandhom jagħmlu, mal-kitba, depożitu ta’ Lm1 għal kull xkora.

Rigward il-varjetajiet l-oħra, il-bdiewa għandhom jirregolaw l-ordnijiet tagħhom skond il-ħtiġiet tas-suq lokali. Il-kitba ta’ dawn il-varjetajiet għandha ssir għand l-importatur konċernat. Min-naħa tagħhom, l-importaturi għandhom jissottomettu lit-Taqsima tas-Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali lista sħiħa ta’ dawk il-bdiewa li jkunu kitbu għandhom il-varjetajiet. Din il-lista għandha tinkludi l-isem, l-indirizz, in-numru tal-ktieb tar-raba’, in-numru tal-VAT, il-varjetà u n-numru ta’ xkejjer.

L-applikanti għandhom jippreżentaw il-biljett tar-raba’ u l-karta ta’ l-identità tagħhom meta jagħmlu l-ordnijiet tal-patata taż-żriegħ.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow