Left arrow Mur Lura

Kumitat biex jikkordina x-xoghol ta’ l-NGOs li jahdmu ma’ l-immigranti llegali

PR1076
Date Icon 06/08/2002

Kumitat maghmul minn rapprezentanti tal-Forzi Armati ta’ Malta, tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili u tas-Sezzjoni ta’ l-Immigrazzjoni tal-Pulizija, twaqqaf bil-ghan li jikkordina l-isforzi ta’ l-ghaqdiet non-governattivi li jahdmu fil-qasam ta’ l-immigrazzjoni llegali.

Il-Kumitat, presedut mill-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent qed jiltaqa’ b’mod regolari biex ix-xoghol mill-NGOs ikun kordinat ahjar u jkun aktar effettiv.

Il-Ministeru ta’ l-Intern huwa preokkupat bil-problema ta’ l-immigrazzjoni llegali, ghalkemm jemmen li s-sitwazzjoni m’hix allarmanti. Bin-numru ta’ immigranti llegali f’Malta jaqbez il-500 f’dawn l-ahhar jiem, ir-rizorsi tal-Forzi ta’ l-Ordni kwazi lahqu l-limitu, ghalkem is-sitwazzjoni prezenti hija taht kontroll.

Il-fatt li llum Malta ghandha Kummissarju tar-Refugjati, ifisser li l-applikazzjonijiet ghal status ta’ refugjat qed jinqatghu aktar malajr. Immigranti llegali li gejjin minn pajjizi bhall-Egittu, huwa facli li jigu ripatrijati. Izda s-sitwazzjoni ta’ immigranti li gejjin minn pajjizi li hu difficli li wiehed jaghmel kuntatt maghhom, jaghmlu s-sitwazzjoni aktar iebsa biex tigi solvuta fi zmien qasir.

Bosta mill-immigranti llegali, meta jidhlu fil-pajjiz, jarmu d-dokument ta’ identifikazzjoni jew passaporti li jista’ jkollhom fuqhom biex jaghmlu r-ripatrijazzjoni aktar difficli ghall-awtoritajiet. Madankollu l-process ta’ ripatrijazzjoni ta’ l-immigranti li hawn bhalissa ghaddej b’ritmu mghaggel.

Malta qed tfittex li tiffirma ftehim bilaterali ma’ pajjizi ta’ l-Afrika ta’ Fuq dwar ri-ammissjoni ta’ immigranti llegali. Ftehim simili digà gie ffirmat ma’ l-Italja s-sena li ghaddiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow