Left arrow Mur Lura

IL-FORMULARJU TAL-MEDIĊINI FIS-SERVIZZI TAS-SAĦĦA GOVERNATTIVI FUQ L-INTRANET

PR1069
Date Icon 05/08/2002

Il-Ministeru tas-Saħħa jkompli bil-politika tiegħu u dik tal-Gvern li jagħmel is-servizzi offruti aktar aċċessibbli u customer friendly għal min jużahom.

Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara meta kien qiegħed iħabbar l-introduzzjoni tal-Formularju fuq l-Intranet.

Il-Ministru fakkar li fis-swieq internazzjonali l-prezz tal-mediċini jitla' b'medja ta' tnax fil-mija kull sena. Filwaqt li l-Gvern fl-1996 nefaq Lm6.5 miljun f'medicini, għal din is-sena il-Gvern se jonfoq madwar Lm15-il miljun. Il-Gvern irid jassigura li jagħmel użu tajjeb minn fondi pubbliċi u jieħu dawk il-miżuri kollha biex titnaqqas il-ħela mingħajr ma jbati l-pazjent.

Sa llum il-formularju u proċeduri oħra konnessi miegħu kien jitħaddem b'sistemi manwali. Dan, l-aħħar li ġie ppubblikat kien fl-1986 u baqa' jiġi aġġornat minn żmien għal żmien. Issa, barra li ġie aġġornat, tpoġġa fuq sistema kompjuterizzata u se jkun ippubblikat permezz ta' l-intranet fl-isptarijiet tal-Gvern u fiċ-Ċentri tas-Saħħa b'aċċess għall-konsulenti, tobba u paramediċi fis-settur tal-Gvern. Din is-sistema tagħmilha aktar faċli biex il-formularju jkun aġġornat awtomatikament. Dan hu ta' vantaġġ kbir għax l-istaff mediku jkollu informazzjoni aġġornata kif ukoll għal-liema kriterji jistgħu jintużaw mediċini partikulari u liema pazjenti jkunu ntitolati għall-mediċini . Dan għandu jtejjeb is-servizz fil-provediment ta' mediċini. L-introduzzjoni ta' dan is-servizz se tnaqqas konsiderevolment il-mili u proċessar ta' formoli min-naħa tal-konsulenti u hekk jitħaffef ix-xogħol.

Il-formularju nqasam f' 16 -il Kapitlu. L-ewwel kapitlu li se jitpoġġa fuq l-intranet hu dak li jitratta mard tal-qalb. Din hija l-kundizzjoni li għalijha l-aktar li jintefqu fondi għal xiri ta' mediċini għax hu l-aktar mard komuni fost il-Maltin. Għalhekk it-titjib f'dan is-servizz għandu jolqot ħafna nies.

Fost it-tibdil li sar, tmin mediċini minn dan il-kapitlu li qabel kienu jeħtieġu permess issa mhux se jkollhom aktar bżonn ta' dan il-permess u t-tiġdid tiegħu. Dan se jaffettwa madwar 8,000 persuna. Barra minnhekk uħud minn dawn il-mediċini li sa llum kienu jinġabru mill-ispiżerija tal-Out Patients f'San Luqa, fi ftit żmien se jibdew jinġabru miċ-Ċentri tas-Saħħa. Dan se jnaqqas b'mod konsiderevoli n-numru ta' pazjenti li jużaw l-ispiżerija ta' San Luqa kif ukoll ħafna skariġġ biex jinġabru l-mediċini.

Hu ppjanat li issa jsegwu l-kapitli dwar mard respiratorju u wara dak relatat ma' mard ta' l-istonku u l-imsaren.

Fi żmien mhux 'il bogħod din l-informazzjoni dwar il-formularju se jkollu aċċcess għaliha kulħadd ghax se tkun fuq l-internet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow