Jinħatru ufficjali ġodda fid-Diviżjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni
Riżultat tat-tibdil li twettaq f’dawn l-aħħar snin fi ħdan il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomici, bit-twaqqif ta’ żewġ diviżjonijiet: dik tal-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni u d-Diviżjoni tal-Kummerc, fix-xhur li għaddew inħatru numru ta’ ufficjali godda f’dawn id-divizjonijiet, bil-għan li dawn l-entitajiet ikollhom ir-riżorsi necessarji biex jippromwovu u jamministraw l-oqsma rispettivi nkarigati minnhom.
F’din l-aħħar sena fid-diviżjoni responsabbli mill-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni ingħataw diġa disa’ karigi mportanti, fosthom dik ta’:
- Direttur Ġenerali,
- Direttur tad-Direttorat ta’ l-Operazzjonijiet,
- Direttur tad-Direttorat għall-Informazzjoni u l-Affarijiet tal-konsumatur u
- Assistent Direttur.
Dawn il-ħatriet kienu kollha nterni, filwaqt li sar ingaġġ ukoll ta’ erba’ avukati u ekonomista minn barra s-settur pubbliku.
F’cerimonja li saret dalgħodu fil-kwartieri tad-Diviżjoni għall-Kompetizzjoni u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, is-Segretarju Parlamenarti fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomici, Dr. George Hyzler ippreżenta l-ħatra lil dawn l-ufficjali u awgura li jkunu ħabrieka u onesti fix-xogħol tagħhom, biex ikunu ta’ servizz għall-poplu kollu.
Is-Segretarju Parlamentari Hyzler sostna li l-qasam tal-konsumatur u l-kompetizzjoni għandu relevanza kbira fid-dinja moderna u qal li l-gvern ser ikompli jagħmel l-almu tiegħu biex isaħħaħ il-liġijiet f’dan il-qasam u l-istrutturi li jamministrawhom biex jiggarantixxi suq b’saħħtu.
Barra r-reklutagg li twettaq, diġa’ saru intervisti interni għal tliet assistenti diretturi u manager għal unit responsabbli mir-relazzjonijiet pubblici, u intervisti minn barra c-civil ghal ufficjal ta’ l-informazzjoni, u ħmistax-il ufficjal fi ħdan l-ufficju għas-sorveljanza tas-suq.
Id-diviżjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni mistennija timla l-postijiet kollha vakanti sa tmiem din is-sena.
Fil-preżent hemm jaħdmu ma din id-diviżjoni sitta u ħamsin persuna li minnhom tlettax huma professjonijisti, tlieta u tletin huma fi gradi amministrattivi u klerikali u għaxra fi grad industrijali.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN