Left arrow Mur Lura

Zjara lil Sportivi Maltin Impenjati fil-LogHob tal-Commonwealth

PR1061
Date Icon 02/08/2002

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Onor. Jesmond Mugliett, bhalissa jinsab f’Manchester, l-Ingilterra, fejn qed isir il-loghob tal-pajjizi tal-Commonwealth.

Tul din iz-zjara, il-Perit Mugliett se jkun qed izur l-isportivi Maltin, l-akbar kontingent Malti li qatt ha sehem f’dan il-loghob tal-Commonwealth - bhala sens ta’ inkoraggiment ghall-fatt li qed jirrapprezentaw lill-pajjizna f’kompetizzjoni daqstant prestiggjuza.

Huwa kellu l-okkazzjoni wkoll li jifrah personalment lit-tiratur zaghzugh Malti William Chetcuti li rebah midalja tal-bronz. Tul Iz-zjara tieghu huwa ltaqa’ mad-delegazzjoni tal-kumitat Olimpiku Malti li qieghda takkumpanja lil atleti Maltin, u kif ukoll mal-Kummissarju Gholi ta’ Malta fl-Ingilterra, Dr. George Bonello Du Puis li qed isegwi wkoll il-partecipazzjoni tal-atleti Maltin fil-Loghob f'Manchester.

Illum il-Gimgha, is-Segretarju Parlamentari Mugliett mistenni jiltaqa wkoll ma diversi kollegi, fosthom id-Deputat Ministru ghat-Turizmu, Sport u Kultura Skocciz Dr. Elaine Murray, u mal-Ministru Awstraljan responsabbli ghall-Isport.

Tul iz-zjara tieghu f’Manchester, l-Perit Mugliett ha l-opportunita sabiex jiltaqa’ mal-Professur Luke Georghiou u Dr. Paul Cunningham mill-Universita ta’ Manchester. Prof. Georghiou ghandu konnessjonijiet ma’ Malta minhabba li fil-prezent qed jaghmel verifika dwar ir-ricerka f'Malta flimkien mal-Kunsill Malti ghax-Xjenza u Teknologija (MCST). Tul il-waqfa tieghu fl-Universita ta’ Manchester, l-perit Mugliett zar ukoll l-Istitut PREST, li tieghu Dr. Georghiou huwa d-Direttur u kif ukoll dak li jissejjah "Biosciences Incubator’’

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow