IL-PRESIDENT TA' MALTA JAGHMEL ZJARA UFFICJALI LILL-FEDERAZZJONI MALTIJA TAL-ASSOCJAZZJONIJIET PROFESSJONALI
L-E.T. Guido de Marco, President ta' Malta, il-bierah ghamel zjara ufficjali lill-Federazzjoni Maltija tal-Assocjazzjonijiet Professjonali. Huwa ntlaqa' mill-President tal-Federazzjoni, Dott. Alfred Magri Demajo, li akkumpanjah mal-ufficini taghha fil-Gzira.
Dott Magri Demajo tkellem fuq il-funzjoni tal-Federazzjoni, li ilha mwaqqfa ghal dawn l-ahhar 34 sena. Huwa semma l-involviment tal-Federazzjoni fid-diskussjoni nazzjonali, fost l-ohrajn bis-sehem taghha fil-MCESD u l-MEUSAC. Huwa ddeskriva z-zjara ufficjali tal-President ta' Malta bhala kuragg ghall-Federazzjoni Maltija tal-Assocjazzjonijiet Professjonali fid-determinazzjoni taghha lejn impenn gust fis-socjeta'.
Il-President Guido de Marco tkellem fuq it-twaqqif tal-Federazzjoni u fuq l-utilita' li d-diversi professjonijiet ikunu taht kappa wahda, biex ikollhom rabta komuni li permezz taghha jistghu jaghtu fehmiet, edukazzjoni u kultura iktar shiha lil xulxin. Dan hu essenzjali wkoll, qal il-President, ghax il-professjonijiet u l-assocjazzjonijiet differenti jistghu jagixxu flimkien f'certi oqsma fejn hu rilevanti li jkollhom vuci wahda.
Il-President fakkar fid-diskors li kien ghamel lill-membri tal-gudikatura fl-okkazjoni taz-zjara ufficjali tieghu fil-Qrati ta' Malta, nhar l-4 ta' Frar 2000: "L-onesta u l-integrita huma l-isbah wirt tal-gudikatura Maltija. Din il-kwalita` nghozzuha. Li tkun brillanti u dott fil-ligi hu importanti, li tkun dedikat u motivat ghax-xoghol ta' gudikant hu essenzjali. Li tkun onest hu indipensabbli."
"Dak li japplika ghall-gudikatura, japplika wkoll ghal kull professjonist. La darba hadtu r-responsabbilita' li tghixu l-professjoni taghhkom, l-integrita' hi, l-pedament ta' kull funzjoni," qal il-President.
Il-President ta' Malta qal li professjonist ghandu rabta partikolari mal-klijent jew pazjent tieghu; rabta partikolari li tfisser, li fil-parametri u l-korrettezza tal-ligi, il-klijent ghandu jkun moqdi bl-aqwa professjonalita. Izda, qal il-President, dan is-servizz ghandu jitwassal fl-integrita' tal-professjoni - "Jekk tonqsu mill-integrita', tkunu qeghdin tizvalutaw il-professjoni taghkom."
Fid-diskors tieghu, il-President de Marco qal ukoll li l-premessa tax-xoghol tal-professjonist hu kif jaghti l-aqwa servizz, indipendentement mir-renumerazzjoni li se jdahhal. "Minkejja li din ta' l-ahhar hi importanti", qal il-Prof. de Marco, "il-professjoni tahdem ghas-sodisfazzjon u l-obbligi li dik il-professjoni timponi fuqkom."
Il-President emfasizza wkoll fuq il-fatt li r-rispett u l-prestigju huma kwalitajiet li jigu akkwistati permezz tal-integrita' u l-onesta'. "Din ghandha tkun is-sigill tal-professjonijiet taghkom."
Prezenti waqt iz-zjara tal-President ta' Malta, kien hemm l-ufficjali tal-Kamra tal-Periti, l-Assocjazzjoni Maltija tad-Dentisti, il-Kamra tal-Inginiera, l-Istitut tal-Accountants, l-Assocjazzjoni Medika Maltija, l-Kamra ta' l-Ispizjara, Assocjazzjoni Maltija tal-Psikologi u l-Assocjazzjoni tal-Ispeech-Language Pathologists.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN