Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTRU GHAL GHAWDEX U L-MINISTRU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN DWAR L-GHELUQ TAN-NEGOZJATI MA’ L-UNJONI EWROPEA DWAR IL-POLITIKA REGJONALI

PR1051
Date Icon 31/07/2002

B’riferenza ghal rapporti li deheru fil-media ta’ l-Oppozizzjoni dwar l-implikazzjonijiet ghal Ghawdex ta’ l-gheluq tan-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea dwar il-politika regjonali, il-Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Joe Borg jixtiequ jaghmlu din l-stqarrija:

‘Ghal darba ohra, il-Partit ta’ l-Oppozizzjoni meta ma toghgbux ir-realta, jipprova jivvinta realta` gdida, bl-ghan li jithawdu l-imhuh u jitgerfex il-poplu.

Il-Partit ta’ l-Oppozizzjoni qed jghid ripetutament li Ghawdex m’hux ser jitqies bhala regjun. Din hija gidba cara. Ma’ l-Unjoni Ewropea gie miftiehem li Ghawdex ghandu jkun meqjus bhala regjun taht ‘NUTS III’ – cioe fuq l-istess livell bhal regjuni bhalma huma Ruma fl-Italja, Loire fi Franza, jew Surrey fl-Ingilterra, kollha b’popolazzjonijiet ferm ikbar minn dik t’Ghawdex, jew sahansitra ta’ Malta.

L-indikazzjonijiet kollha huma li Malta, bhala pajjiz, ser tkun rikonoxxuta bhala regjun li jaqa taht ‘Objective 1’. Dan ifisser regjun li jkun eligibbli ghall-ammont massimu ta’ fondi mill-UE. Il-Gvern ha hsieb biex fis-Single Programming Document (SPD), li ser jispjega fid-dettall kif Malta qed tippjana li tonfoq il-fondi ta' l-UE wara shubija, ser ikun hemm priorita separata ntitolata "L-Izvilupp Regjonali ta' Ghawdex" li se titratta il-bzonnijiet specjali ta' Ghawdex.

Ta’ min wiehed ifakkar ukoll li bhalissa ghaddejin konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea dwar mizuri, li jkunu nnegozjati separatament, li jipprovdu ghall-bzonnijiet specifici li tbati minnhom Ghawdex, b'mod partikulari l-insularita` doppja, il-fragilita` ambjentali, id-daqs ckejken u d-densita` gholja tal-popolazzjoni, kif ukoll l-ammont ferm limitat ta' rizorsi.

Fil-konfront, ghal darb’ohra, tal-kritika ghamja u isterika tal-Partit ta’ l-Oppozizzjoni, li qed jipprova jwaqqaf l-ishubija akkost ta’ kollox, sahansitra akkost li jisfida r-rieda tal-poplu mfissra f’referendum apposta, wiehed ma jistax ma jaghmilx il-mistoqsija – bl-‘iSvizzera fil-Mediterran’ x’fondi ser jiehu Ghawdex? Xi status ser ikollu Ghawdex f’dan il-partnership li qed johlom bih il-Partit ta’ l-Oppozizzjoni? It-twegibiet huma facli: xejn u xejn.’

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow