Left arrow Go Back

Lm75,000 f’restawr fit-Torri ta’ San Tumas

PR1049
Date Icon 31/07/2002

Meta kien qed izur xoghol ta’ restawr fuq it-Torri ta’ San Tumas, il-Ministru għar-Rizorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Dr. Francis Zammit Dimech qal li bħala parti mill-programm kbir ta’ restawr li qed jitwettaq bħalissa mill-Unit għar-Restawr u mill-Proġetti għar-Riabilitazzjoni, kollha fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, qed jitwettqu proġetti ta’ restawr ta’ fortifikazzjonijiet, swar u batteriji mal-pajjiż kollu.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li proġett importanti ta’ restawr hu dak tat-Torri ta’ San Tumas li matul is-snin sofra ħafna danni sew mill-elementi kif ukoll mill-bniedem.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li l-proġett għar-restawr ta’ dan it-torri inqasam f’erba’ fażijiet, kull fażi tirrapreżenta waħda mill-faċċati tat-torri. Hu qal li ir-restawr tal-faċċati tan-Nofsinhar u l-Lvant twettqu sentejn ilu b’nefqa ta’ Lm40,000. Bħalissa qed isir xogħol fuq it-tielet fażi, dik tal-faċċata tat-Tramuntana, li mistennija titlesta fi żmien ġimgħatejn bi spiża ta’ Lm18,000.

Francis Zammit Dimech qal li l-Gvern ippubblika l-offerta għar-raba’ u l-aħħar fażi fejn ix-xogħol mistenni jibda f’nofs Settembru biex jitlesta s-sena d-dieħla. Din il-fazi mistennija tiswa Lm17,000 biex hekk il-proġett kollu tar-restawr ta’ l-erba’ faċċati tat-torri se jiswa investiment ta’ Lm75,000.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li x-xogħol involva l-bdil ta’ ġebel li kien iddeterja, li l-parti l-kbira minnu kien diġa inbidel f’xogħlijiet oħra ta’ restawr li saru qabel. Hu qal li l-ġebel l-ieħor kollu tnaddaf u tkaħħal b’hydraulic mortar biex ma jidħolx aktar ilma li jagħmel tant ħsara lill-ġebla. L-istruttura tas-soqfa qed tingħatalha ukoll attenzjoni u travi li ddeterjoraw qed jinbidlu filwaqt li arkati tal-ġebel qed ikunu restawrati.

Francis Zammit Dimech qal li l-Unit għar-Restawr se jirriabilita ukoll il-batterija nofs tond li hemm quddiem it-torri. Hu qal li sadattant inkisbu l-permessi kollha meħtieġa għal xogħlijiet ta’ restawr tal-bqija tat-torri u biex l-ispazju mitluq jinbidel fi ġnien pubbliku. Francis Zammit Dimech qal li għal dan l-iskop kienet ippreparata sejħa għal offerti li se tkun ippubblikata fil-ġimgħat li ġejjin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow