Left arrow Mur Lura

Prezentazzjoni ta’ premjijiet lir-rebbieha tal-kompetizzjoni Saghtar

PR1047
Date Icon 31/07/2002

"Xummiemu ma jistax jiehu hsieb l-ambjent wahdu. Irid l-ghajnuna ta’ kulhadd, anki taghkom it-tfal". Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent, il-Perit George Pullicino waqt il-prezentazzjoni ta’ rigali lir-rebbieha tal-kompetizzjoni Xummiemu, organizzata mill-ghaqda ambjentali ECO u l-gurnal Saghtar.

Is-Segretarju Parlamentari qal li l-ambjent mhux tal-gvern biss, izda ta’ kull wiehed u wahda minnha. L-ambjent huwa misluf lilna minn dawk li gejjin warajna u rridu nkunu ahna li niehdu hsiebu u nizguraw li l-generazzjonijiet futuri jgawduh bhalma qed ingawduh ahna.

Il-Perit Pullicino qal li kulhadd jista’ jaghmel xi haga, anki zghira li thalli effett fuq l-ambjent. Jekk kull wiehed u wahda minnha jaghmel azzjoni zghira favur l-ambjent, l-effett ikun wiehed kbir. Huwa semma ezempju ta’ l-Istati Uniti, fejn gie stabbilt li jekk kull familja tibdel bozza normali ma’ wahda energy saving, fl-Amerika tkun tista tinghalaq power station nuklejari. Fuq skala izghar f’Malta, jekk kull familja tibdel bozza wahda konvenzjonali ghal wahda energy saving jigi iffrankat hafna zejt li jintuza biex tigi ggenerata l-energjija fil-pajjiz.

Anki affarijiet semplici, bhal li wiehed jaghlaq il-vit ta’ l-ilma waqt li jkun qed jahsel snienu jservi biex tigi ffranakata ftit mill-energija li hija mehtiega biex nipproducu l-ilma. Dawn u hafna iktar ezempji ta’ x’ghandu wiehed jaghmel biex inaqqas l-effetti hziena fuq l-ambjent, huma spjegati f’CD Rom li pproduca l-Ministeru u li ser titqassam f’kull skola f’Malta u Ghawdex, u li tista tigi "downloaded" jew imnizzla minghajr hlas minn fuq il-website tal-Ministeru: www.mhae.gov.mt.

Is-Segretarju Parlamentari awgura l-vakanzi sbieh lit-tfal u heggighom biex anki waqt il-vakanzi, jkomplu jaghtu sehemhom biex jithares l-ambjent f’Malta u Ghawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow