Malta taghlaq in-negozjati fil-politika regjonali
In-negozjati dwar il-politika regjonali ghalqu llum waqt konferenza ghal shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, li saret fi Brussell bejn Malta u l-UE f'livell ta' deputati. Id-delegazzjoni Maltija kienet immexxija mic-Chairman tal-Grupp ta' Negozjaturi Maltin, is-Sur Richard Cachia Caruana.
Is-sessjoni ta' llum, li kienet l-ewwel wahda taht il-Presidenza Daniza, wasslet biex issa Malta kkonkludiet in-negozjati f'erbgha u ghoxrin (24) kapitlu.
Meta tkellem fil-konferenza, is-Sur Cachia Caruana nnota li n-negozjati f'dan il-qasam kienu se jinghalqu bil-ftehim li l-approprjazzjonijiet li se jkunu assenjati lil Malta - taht il-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koezjoni jkunu maghrufa iktar tard.
In-negozjati dwar il-politika regjonali jiffukaw fuq kif kull pajjiz kandidat qed ihejji biex imexxi u juza l-fondi mill-UE li se jkun eligibbli ghalihom wara shubija fl-UE. F'Malta, id-Direttorat ghall-Politika Regjonali fl-Ufficcju tal-Prim Ministru se jikkordina kemm il-programm kif ukoll it-tmexxija tal-fondi mill-UE.
Il-hames fondi l-aktar importanti ta' l-UE huma l-Fond ta' Koezjoni (ghat-trasport u l-infrastruttura ta' l-ambjent), il-Fond Ewropew ghal Zvilupp Regjonali, il-Fond Socjali Ewropew, il-Fond Ewropew ghal Gwida u Garanzija fil-Biedja u l-Istrument Finanzjarju ghal Gwida fis-Sajd. Ghall-finijiet ta' dawn il-fondi u fuq il-bazi ta' l-istatistika li hawn bhalissa, Malta hija mistennija li titqies bhala regjun li jaqa' taht l-Ewwel Objettiv.
Is-Sur Cachia Caruana habbar li l-ewwel abbozz tad-Dokument Wiehed ta' Programm Shih ghal Malta, bl-Ingliz maghruf bhala Malta's Single Programming Document (SPD) li se jispjega fid-dettall kif Malta qed tippjana li tonfoq il-fondi ta' l-UE wara shubija, se jinghata lill-Kummissjoni Ewropea fl-ewwel tliet xhur ta' l-2003. L-SPD se jkollu wkoll priorita separata ntitolata "L-Izvilupp Regjonali ta' Ghawdex" li se titratta il-bzonnijiet specjali ta' Ghawdex.
Is-Sur Cachia Caruana ghamel referenza specifika ghal Ghawdex u spjega li Malta taghti mportanza lill-htiega li tinghata attenzjoni lill-izvantaggi permanenti u specifici li thabbat wiccha maghhom il-gzira ta' Ghawdex. Huwa qal li fis-sena 2000, il-prodott gross domestiku regjonali ta' Ghawdex ras ghal ras kien ta' 6,160 euro, li huwa 71.7 fil-mija tal-medja nazzjonali ta' Malta.
Ghalhekk, Malta tqis li ghandu jkun hemm Protokoll, li jkun innegozjat separatament u li jipprovdi ghal mizuri li jaghtu kas il-bzonnijiet permanenti u specifici li johorgu mill-izvantaggi strutturali li huma rizultat ghax Ghawdex huwa gzira, b'mod partikulari l-insularita doppja, fragilita ambjentali, id-daqs ckejken tal-popolazzjoni u d-densita gholja tal-popolazzjoni; kif ukoll l-ammont ferm limitat ta' rizorsi. Huwa zied jghid li l-konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni dwar il-Protokoll digà bdew.
Matul is-sessjoni ta’ llum, kien diskuss ukoll il-progress li sar rigward in-negozjati fuq l-Unjoni Doganali u l-Biedja. Dwar l-Unjoni Doganali, is-Sur Cachia Caruana habbar li sar ftehim dwar it-talba ta’ Malta ghall-perjodu ta’ hames snin ta' transizzjoni ghar-rati tat-tariffi fuq it-tessuti. Izda, in-negozjati fuq dan il-qasam ghadhom miftuhin minhabba li hemm rabta mal-kwistjoni tal-levies fil-qasam tal-biedja
Dwar il-biedja, is-Sur Cachia Caruana qal li huwa qed jistenna li t-tahdidiet dwar kwistjonijiet veterinarji u dawk marbuta mas-sahha tal-pjanti jkunu konkluzi f’Settembru li gej. Sadanittant, matul Awissu u l-bidu ta’ Settembru, se jkomplu diskussjonijiet intensivi dwar aspetti ohrajn ta’ dawn l-oqsma. Huwa qal li l-akbar element inkuragganti f'dan ir-rigward kien l-gharfien car min-nahat kollha li kienu mehtiega mizuri adegwati halli jkun assigurat li l-biedja Maltija tibqa’ sostnuta.
Dwar it-Tassazzjoni, is-Sur Cachia Caruana qal li Malta qed tittama li l-unika kwistjoni pendenti li baqa' rigward iz-zmien sakemm ghandhom jibqghu l-ezenzjonijiet mill-VAT fuq l-ikel, il-farmacewtici u l-karta stampata tkun deciza f'livell politiku ma' l-ewwel opportunità.
Fil-konferenza dwar is-shubija tkellem ukoll l-Ambaxxatur Poul Skytte Christoffersen, li rrapprezenta lill-Presidenza Daniza ta’ l-Unjoni Ewropea kif ukoll Eneko Landaburu, id-Direttur Generali ghat-Tkabbir fil-Kummissjoni Ewropea. Dawn it-tnejn esprimew is-sodisfazzjon taghhom li n-negozjati f’dan is-settur waslu fi tmiemhom.
L-Ambaxxatur Christoffersen qal li n-negozjati issa waslu f’fazi finali u deciziva, u li issa hemm bzonn ta’ sforz biex l-ahhar fazi titmexxa b’mod illi l-appogg pubbliku li hemm ghas-shubija tinzamm sew f’Malta kif ukoll fl-istati membri tal-UE.
Dwar il-biedja, l-Ambaxxatur Christoffersen qal illi l-Unjoni taghraf l-izvantaggi specifici ta’ Malta f’dan il-qasam kif ukoll l-importanza li l-attivita’ agrikola ghandha fl-izvilupp tal-potenzjal turistiku f’Malta. F’dan il-kuntest, l-Unjoni qieghda tipproponi mizuri specjali li jizguraw li l-biedja Maltija tintegra ruhha fil-Politika Agrikola Komuni tal-Unjoni b’mod gradwali u minghajr skossi.
L-Ambaxxatur Christoffersen qal illi l-Unjoni tqis illi ma hemmx bzonn ta’ izjed negozjati fuq il-Politika Regjonali u stieden lil Malta biex l-istituzzjonijiet necessarji jkunu f’posthom biex Malta tkun tista tibbenefika mill-Fond Strutturali u ta’ Koezjoni sa mill-ewwel jum ta’ shubija.
Dwar l-Unjoni Doganali, L-Ambaxxatur Christoffersen qal illi sar progress fin-negozjati f’dan il-kapitlu u l-Unjoni qablet illi Malta ghandha jkollha perjodu transizzjonali ta’ hames snin minhabba l-bzonnijiet specifici tas-settur tat-tessuti f’Malta. Huwa wera t-tama illi l-uniku suggett li ghad fadal x’jigi finalizzat f’dan il-kapitlu, jigifieri l-kwistjoni tal-levies fil-biedja u fuq il-prodotti agrikoli processati, jista’ jigi miftiehem matul in-negozjati dwar il-biedja.
Eneko Landaburu qal illi l-Kummissjoni qieghda tifinalizza ir-Rapport Regolari taghha, kif ukoll id-dokumenti kollha ghall-laqgha ta’ Ottubru tal-Kunsill Ewropej, fejn se jittiehdu l-ahhar decizjonijiet biex in-negozjati ikunu jistghu jintemmu sa l-ahhar tas-sena. Hu qal illi huwa kunfidenti illi Malta se tilhaq dan il-ghan.
Eneko Landaburu sahaq il-progress li sar minn Malta fit-tlett kapitli li kienu diskussi waqt din il-laqgha u b’mod specjali fil-Politika Regjonali, fejn in-negozjati gew konkluzi. Huwa qabel mal-Presidenza li huwa importanti ferm illi Malta jkollha l-istrutturi necessarji biex tkun tista’ tibbenefika b’mod effettiv mill-fondi strutturali u ta’ koezjoni.
Is-Sur Cachia Caruana kien akkumpanjat minn Victor Camilleri, l-Ambaxxatur ta’ Malta fi Brussell; is-Sur Saviour Falzon, Kap tad-Direttorat ta’ l-UE; Ms Graziella Pullicino, kordinatrici fis-Segretarjat tan-Negozjati ta’ l-UE, u minn ufficjali ohrajn mill-Ambaxxata Maltija fi Brussell.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN