Ċelebrazzjonijiet li jfakkru l-10 Anniversarju tat-Taqsima tax-Xogħlijiet
It-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qed tfakkar l-10 Anniversarju mit-twaqqif tagħha, b’sensiela ta’ attivitajiet li se jkunu organizzati nhar il-Ġimgħa, 2 ta’ Awissu, 2002.
Fid-9.12 a.m., l-Isqof Awżiljarju Mons. Annetto Depasquale se jikkonċelebra quddiesa għall-ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet, f’Beltissebħ. Fl-10.15 a.m., l-Isqof Anneto Depasquale jiġi milqugħ fi Project House mill-Perit Vincent Cassar, Direttur Ġenerali u wara jittella’ kunċert muzikali. L-attivita’ mistennija tintemm għall-ħabta tal-11.30 am.
Sadattant saru arranġamenti speċjali dwar il-passaġġ ta’ vetturi f’Beltisebħ għal nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Awissu. Aċċess għall-vetturi f’Beltissebħ se jkun kontrollat mill-Pulizija quddiem il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni. Il-parkeġġ limitat ’il ġewwa mill-Control Gate tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet se jkun riservat għall-mistiedna specjali bejn is-6.00 am u s-2.00 pm. Dawk biss li jkollhom permessi speċjali għall-parkeġġ se jitħallew jipparkjaw f’din l-area. Il-parkeġġ riservat faċċata tal-Blokk tat-Taqsima ta’ l-Edukazzjoni se jopera normalment bl-għajnuna tal-Pulizija li jkunu fil-post.
Nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Awissu, bejn is-6.00 a.m. u s-2.00 p.m., il-parkeġġ pubbliku faċċata tal-Lukanda Phoenicia se jkun riservat għall-użu esklussiv ta’ mistednin tat-Taqsima tax-Xogħlijiet għal dan l-avveniment.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN