Premju Ambjentali ghall-Industrija
Skond id-dokument tan-Nazzjonijiet Uniti ‘Our Common Future’ l-ambjent, it-tkabbir ekonomiku u dak socjali jehtieg li jigu integrati biex il-popli tad-dinja javvanzaw u jizviluppaw minghajr ma jaffettwaw b’mod negattiv l-ambjent naturali li fuqu tiddependi kull forma ta’ hajja. Ghalkemm illum ma nistghux niddefinixxu il-htigijiet tal-generazzjonijiet tal-gejjieni, l-isfida quddiem il-mexxejja tal-pajjiz illum hija li jehtieg isegwu politika li tizgura li thalli bizzejjed rizorsi biex tigi zgurata l-kwalita ta’ hajja tal-generazzjonijiet futuri
Iktar mad-dinja giet industrijalizzata, iktar kien hemm pressjonijiet fuq l-ambjent naturali l-iktar minhabba hrug ta’ gassijiet tossici u l-produzzjoni ta’ kwantitajiet kbar ta’ skart li hallew impatt negattiv qawwi fuq livelli lokali, regjonali u globali.
Illum, anki grazzi ghal titjib fil-kwalita’ ta’ hajja, in-nies qed tippretendi kwalita ta’ ambjent ahjar u allura gvernijiet madwar id-dinja bdew jiehdu azzjonijiet biex jitnaqqas dan l-impatt fuq l-ambjent. Agenda 21 u d-Dikjarazzjoni ta’ Rio dwar l-Ambjent u l-Izvilupp jipprovdu framework fundamentali biex tigi deciza f’iktar dettal il-politika li ghandha tittiehed dwar dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-industrija u l-izvilupp sostenibbli.
Biex jintlahaq zvilupp sostenibbli irid ikun hemm sforz mill-gvernijiet u organizazzjoniet privati biex jigu interati l-ghanijiet ekonomici, socjali u ambjentali fi-tehid tad-decizjonijiet u t-tfassil ta’ politika industrijali.
Il-premju ambjentali ghall-Industrija (Environment Award for Industry) ghandhu l-ghan li jirrikonoxxi u jippromwovi organizazzjonijiet li taw kontribut siewi favur l-izvilupp sostenibbli matul is-sena 2002. L-iskop huwa li jinghata gharfien lil dawk l-industriji jew organizazzjonijiet li permezz ta’ policies, prattika u processi qed jghinu biex fil-pajjiz jinholoq zvilupp socjali u ekonomiku u fl-istess hin inaqqsu l-impatt li l-operazzjoni taghhom ihallu fuq l-ambjent. Ghan iehor huwa li l-ghoti ta’ dan il-premju jixpruna iktar organizazzjonijiet jiehdu mizuri favur l-ambjent.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN