Left arrow Go Back

L-Ewwel Sovrintendent tal-Patrimonju Malti

PR1038
Date Icon 29/06/2002

Il-Gvern għadu kif ħatar lis-Sur Anthony Pace bħala l-ewwel Sovrintendent tal-Patrimonju Malti. Din il-ħatra hija l-ewwel f'sensiela ta' miżuri li qed jittieħdu biex titwettaq il-liġi l-ġdida dwar il-Wirt Kulturali Malti u sseħħ fid-Dipartiment tal-Mużewijiet. Is-Sur Pace ser jingħata l-inkarigu li jmexxi s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Din hija waħda mill-organizzazjonijiet il-ġodda li taħseb għalihom il-liġi l-ġdida.

Is-Sovrintendenza ser tkun ir-regolatur fil-qasam tal-Wirt Kulturali. Is-Sovrintendent hu responsabbli biex jirregola dan is-settur tant importanti billi jipproteġi u jiddokumenta l-aspetti differenti tal-wirt kulturali u jassigura li dan il-wirt kulturali ikun kemm jista' jkun aċċessibbli għal pubbliku.

Il-liġi l-ġdida dwar il-protezzjoni tal-wirt kulturali tirrikonoxxi diversita' akbar f'dak li huwa wirt. Apparti wirt materjali, l-arkeoloġija, l-arti, l-antropoloġija l-liġi tkopri ukoll aspetti ta' wirt intanġibbli.

Huwa maħsub illi is-Sovrintendenza tkun punt ta' referenza mportanti għas-settur tal-wirt. Waħda mill-funzjonijiet tal-organizazzjoni l-ġdida tkun dik li żżomm inventarju u dokumentazzjoni dwar il-wirt kulturali nazzjonali.

Fl-istess ħin, is-Sovrintendenza ser tkun responsabbli minn dawk l-aspetti regolatorji li qabel kien jieħu ħsiebhom id-Dipartiment tal-Mużewijiet.

Is-Sur Pace, li għandu għoxrin sena esperjenza fis-settur tal-Wirt Kulturali, ser ikun l-aħħar Direttur tal-Mużewijiet. Dan id-Dipartiment kien twaqqaf għal l-ewwel darba fl-1903 taħt id-direzzjoni ta' Sir Temi Zammit. Is-Sur Pace beda jaħdem fis-settur bħala assistant tar-riċerka fl-arkivji tal-Mużew tal-Kattidral ġewwa l-Imdina. Huwa serva ukoll f'diversi nkarigi kuratorjali fid-Dipartiment tal-Mużewijiet. Is-Sur Pace illu jservi bħala Direttur u Kap tad-Dipartiment tal-Mużewijiet mill-1999.

Wara li studja l-preistorja, storja, arkeoloġija u aspetti tal-wirt f'Malta u Cambridge, is-Sur Pace mexxa diversi skavi kif ukoll proġetti ta' disinn ta' esebizzjonijiet. Waqt li kien Direttur, sar il-proġett tal-Muzew Nazzjonali u tlesta wkoll il-proġett ta' l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni. Saru ukoll diversi esebizzjonijiet ta' arkeoloġija u arti li żaru diversi ċentri kulturali Ewropej.

Matul il-karriera tiegħu, is-Sur Pace irrappreżenta lil Malta fil-Kunsill ta' l-Ewropa, fil-kumitat ta' l-UNESCO dwar il-wirt kulturali kif ukoll ha sehem f’diversi konferenzi internazzjonali. Is-Sur Pace ilu mill-1994 involut f'diversi inizjattivi ta' riforma kif ukoll fill-kitba tal-liġi l-ġdida dwar il-Wirt Kulturali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow