L-AMBAXXATUR IL-GDID TA' MALTA GHALL-FEDERAZZJONI RUSSA JIPPREZENTA L-KREDENZJALI LILL-PRESIDENT PUTIN
L-Ambaxxatur il-gdid ta' Malta ghall-Federazzjoni Russa, Dr Joseph Cassar, ipprezenta l-kredenzjali tieghu lill-President tal-Federerazzjoni Russa, l-E.T. Vladimir V. Putin, nhar il-Hamis 25 ta' Lulju, waqt cerimonja li saret fil-Palazz tal-Kremlin.
Il-President Putin kien akkumpanjat mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-E.T. Igor Ivanov. L-Ambaxxatur Cassar kien akkumpanjat minn Dr Mark A Pace, First Secretary, fl-Ambaxxatra Maltija f'Moska.
Il-President Putin fakkar fit-tradizzjoni ta' hbiberija storika bejn Malta u l-Federazzjoni Russa partikolarment lejliet l-anniversarju tal-hamsa w tletin sena ta' relazzjonijiet diplomatici bejn iz-zewg pajjizi f'diskors ta' merhba w awgurju ghas-seba' ambaxxaturi li pprezentaw l-kredenzjali llum.
L-Ambaxxatur Cassar minn naha tieghu wassal l-awgurju tal-President u tal-Gvern ta' Malta ghal tishih fir-relazzjonijiet bejn iz-zewg Stati u nnota l-interess kbir tal-Gvern Russu fil-qasam internazzjonali, li jikkoincidi maz-zmien li fih Malta tinsab fi stat avvanzat fin-negozjati ghal shubija fl-Unjoni Ewropeja.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN