Malta U L-Libja Jiffirmaw Trattat Ta’ Estradizzjoni
Illum fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin gie ffirmat Trattat ta’ Estradizzjoni bejn Malta u l-Gamaharija Gharbija Libjana. Ghall-Gvern Malti iffirma l-Ministru ta’ l-Intern l-Onor. Dr. Tonio Borg u ghall-Gamaharija, il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Abdulraham Mohamed Shalgam.
Dan it-trattat huwa l-ewwel wiehed ta’ dix-xorta li qatt gie ffirmat bejn Malta u pajjiz ta’ l-Afrika ta’ Fuq. Il-Ministru ta’ l-Intern Dr. Tonio Borg, wara c-cerimonja ta’ l-iffirmar qal li jittama li trattati simili jigu ffirmati ma’ pajjizi ohra girien taghna mill-Afrika ta’ Fuq.
It-Trattati ta’ Estradizzjoni huma mezz importanti fil-glieda bla fruntieri kontra l-kriminalità. S’issa, mal-Libja ma’ kienx hemm ftehim ta’ estradizzjoni bil-konsegwenza li z-zewg pajjizi setghu iwettqu estradizzjoni biss f’materji specifici u limitati hafna bis-sahha ta’ Konvenzjonijiet tal-Gnus Maghquda, ez. Il-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar it-Traffikar tad-Droga.
Bis-sahha tal-ftehim bejn iz-zewg pajjizi, meta persuna akkuzata jew sospettata li kkommettiet reat serju f’wiehed miz-zewg pajjizi, tkun tinsab f’pajjiz iehor, dan ikun jista’ jigi estradut lejn il-pajjiz fejn ikun ikkommetta r-reat. Dan isir skond il-ligijiet ta’ kull pajjiz fejn tkun tinsab il-persuna li kkommettiet reat. Fil-kaz ta’ Malta, l-Att dwar l-Estradizzjoni jimponi obbligu ta’ process gudizzjarju biex issir l-estradizzjoni.
Il-ftehim milhuq illum hu pass iehor ’il quddiem fit-tishih tar-relazzjonijiet bejn il-poplu Malti u dak tal-Gamaharija Gharbija Libjana.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN